It-Tlieta
rriżenjat dik li kienet id-Deputat tal-Gvern, Marlene Farrugia. Minn dakinhar fuq
l-istazzjon nazzjonali TVM saru bosta programmi ta’ diskussjoni imma fl-ebda
wieħed għadna ma rajna lil Marlene.
L-għada tar-riżenja
Reno Bugeja kellu okkażjoni tad-deheb li kull ġurnalist li jixraqlu jissejjaħ hekk
żgur ma jitlifx. Iżda f’Dissett, minflok rajna lil Reno jintervista lil
Marlene, rajnieh mar-raġel ta’ Sai ‘13-il elf fix-xahar’ Mizzi.
Marlene ma kienet
mistiedna qatt fil-programm ta’ filgħodu ta’ Norma Saliba, TVAM, la l-Erbgħa, la
l-Ħamis, la l-Ġimgħa u lanqas dalgħodu.
Il-programm ta’ kull
filgħaxija ‘Skjetti’ ddiskuta temi mill-aktar kurrenti u jaħarqu bħall-ġugarelli
u l-bejjiegħa tad-doughnuts u tal-pastizzi. U mela r-riżenja ta’ Marlene
Farrugia!
Il-Ħamis kien hemm ‘Realta’
ta’ Brian Hansford, Laburist kbir li ngħata l-programm fi żmien in-nuqqas ta' meritokrazija ta' Gonzi.
Hansford iddiskuta s-sitwazzjoni f'Paceville, l-istess kif għamel Times Talk jumejn qabel u kif kien pjanat li jagħmel Xarabank l-għada.
Il-Ġimgħa Xarabank kompla bis-suġġetti li kellu pjanati - Paceville, it-terroriżmu u l-Junior Eurovision.
Hansford iddiskuta s-sitwazzjoni f'Paceville, l-istess kif għamel Times Talk jumejn qabel u kif kien pjanat li jagħmel Xarabank l-għada.
Il-Ġimgħa Xarabank kompla bis-suġġetti li kellu pjanati - Paceville, it-terroriżmu u l-Junior Eurovision.
Biex inkun għidt kollox, Peppi Azzopardi avża li stieden lil Marlene għall-programm tal-ġimgħa
d-dieħla. M'għandix dubju li sieħbi Peppi kellu moħħu mistrieħ li ma kienx se jsib lil Marlene ma' wiċċu fil-programm kif kien ġralu bi Franco Debono ftit ġranet wara li vvota kontra l-Gvern ta' Gonzi!
Dak kien żmien ieħor hux! Dak kien żmien li fih l-Labour kien jippoża li se jkun Gvern li jagħti vuċi lil kulħadd, speċjalment lid-Deputati dissidenti. LOL, kif jgħidu fuq Facebook!
Dak kien żmien ieħor hux! Dak kien żmien li fih l-Labour kien jippoża li se jkun Gvern li jagħti vuċi lil kulħadd, speċjalment lid-Deputati dissidenti. LOL, kif jgħidu fuq Facebook!
Mela l-ewwel dehra
ta’ Marlene fuq l-istazzjon nazzjonali wara r-riżenja se tkun fil-programm 'Reporter' ta’ Salvu
Balzan li jixxandar tard illejla, wara l-10 ta’ bil-lejl. Ma tarax ma tkunx fil-prime time! Mela din xi ħaġa daqshekk importanti?!
Agħar minn hekk, dan Reporter tal-lejla mhux se jsir live. Salvu rrekordja l-intervista ma’ Marlene
nhar l-Erbgħa li għadda, l-għada li rriżenjat: ĦAMEST IJIEM ILU!
Jiġifieri llejla m’aħna se
nisimgħu xejn fuq dak li ġara mill-Erbgħa sal-lum, inkluż it-theddid li kellha
Marlene mingħand ħafna Laburisti, ewlieni fosthom Joe Debono Grech
fil-Parlament.
Dan ifisser li l-għada
li ġrat l-istorja, l-istazzjon nazzjonali rrekordja intervista - sa dakinhar esklussiva - mad-Deputat li kienet għadha kif rriżenjat minn fuq in-naħa tal-Gvern u żammha ħamest ijiem fuq l-ixkaffa
mingħajr ma xandarha.
Anna nemmnu f ' Joseph. Muscat ghax hu jemmem fina
ReplyDeleteMiskin int
DeleteTaf ghaliex sur Craus titkellem hekk ghax lilkhom tal-qalba, imlikhom bil-gid li suppost ha il-bqija tal-poplu Malti. Ghax hlief tixxalaw issiefru tigru man-nisa u l-irgiel ma tafux taghmlu
ReplyDeleteGhandek ragun titkrllrm hekk int ghax il-programmi tieghek qatt ma kienu biazed.
ReplyDeleteGrace, il-programmi tiegħi fuq l-istazzjon nazzjonali dejjem kienu biased favur id-dritt tat-telespettaturi li jkollhom l-informazzjoni kollha li għandhom dritt għaliha f'demokrazija. Dan b'rispett sħiħ għal-liġijiet tal-pajjiż u għar-regoli tal-Awtorita tax-Xandir li qatt tul il-karriera tiegħi ma sabitni ħati ta' xi forma ta' żbilanċ.
Delete