Sunday, November 29, 2015

Debono Grech jirriżenja

Il-Mexxej tal-Partit Laburista talab lil Joe Debono Grech jirriżenja minn Membru Parlamentari wara li fid-diskors tiegħu għadda kummenti fil-konfront tad-Deputat Marlene Farrugia.

Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Debono Grech qal li Muscat ċempillu u qallu li minħabba l-kummenti li għadda jħoss li għandu jirriżenja.

Nota: Din hija silta minn rapport li deher fil-21 ta' Diċembru 2012, ftit jiem qabel bdiet il-kampanja elettorali li tat rebħa kbira lill-Partit Laburista. Minn din is-silta biddilt l-ismijiet u l-karigi tal-protagonisti. Lil Anġlu Farrugia bdiltu ma' Joe Debono Grech u lill-Maġistrat Audrey Demicoli mad-Deputat Marlene Farrugia.

Esperiment żgħir li juri kemm inbidel Muscat kemm ilu li sar Prim Ministru.

Jekk tħossok offiż li bellajthielek u ħlejtlek 5 minuti taqra dan il-blog, aħseb u ara kemm tħossok iktar offiż b'min bellagħhielek u ħlielek 5 snin!

8 comments:

  1. Min jaf kif ihossu Anglu Farrugia jara dawn il-fares jigru quddiem ghajnejh kull jum fil-Parlament!!!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Kif tridu jhossu?? Purcinell bhal dak. Kieku jien minfloku lanqas lejn il partit laburista ma kont inharres minn meta rezenjat, ahseb u ara kemm nerga nithabbeb mieghu. KOLLHA PURCINELLI DAWK.

      Delete
  2. Jien kont blajtha! lol

    ReplyDelete
  3. Xejn sew f'dan il-l-pajjiz tal-biki

    ReplyDelete
  4. hekk trid norman imma f wiccek ser jibqa!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Ija f'wiccu. Nitkellmu sentejn ohra u tara.

      Delete
  5. forsi jekk tirrizenja is sinjura vergni u pura ma tafx kif jaqtalkhom l ghatx bil perzut

    ReplyDelete