F’Xarabank kien
hemm dan Mark li fir-rokna satirika tiegħu fettillu jgħid lit-telespettaturi li la tasal iċ-CHOGM u jingħalqu l-iskejjel, l-Universita' u min jaf fejn aktar biex it-toroq
jinħelsu minn skoss karozzi, kulħadd għandu joħroġ dawra bil-karozza biex
ir-Reġina xorta tinqabad fit-traffiku.
U fuq is-social media qam pandemonju.
L-iktar Laburisti akkaniti, dawk li jaħilfu li Xarabank ilhom ma jarawh minn żmien Alfred Sant Prim Ministru, spiċċaw ixandru (jew jixxerjaw) l-filmat ta’ dan Mark jgħid din l-‘ereżija’ fuq il-paġni tal-Facebook tagħhom.
Fil-kummenti tagħhom kollha qablu li dan Mark parla żejjed u li għandhom jittieħdu passi. Kien hemm min kiteb li dan Mark ħaqqu jaqla’ daqqtejn tajbin. Oħrajn issuġġerew li għandu jitkeċċa minnufih mix-Xandir Nazzjonali. Bosta qablu li fil-kwistjoni għandu jindaħal il-Kummissarju tal-Pulizija li għandu jarresta lil Mark u jressqu l-Qorti. Ovvjament, dawn tal-aħħar jemmnu li għal dak li qal f’Xarabank, Mark għandu jgħaddi xi ftit jiem ta’ meditazzjoni f’Kordin.
Insomma, il-paladini tal-Gvern li tant hu kontra kull ċensura li jrid ineħħi l-liġi li ma tħallikx iżżebblah ‘l Alla, din in-nibxa ta’ Mark ma felħuhiex. Dawn li tant jiftaħru li ħelsuna mill-oppressjoni tar-Reġina, issa qed tuġagħhom qalbhom għaliha u ma jridux li tinqabad għal xi ftit minuti wara xi trakk idaħħan flimkien ma’ sħabha d-dittaturi taċ-CHOGM.
Issa din ta’ Mark ta’ Xarabank kienet biss ċajta. Ta’ Tony Zarb le.
Meta saret iċ-CHOGM f’Malta fi żmien Gvern Nazzjonalista, Tony Zarb tal-GWU kien ġabar lil dawn il-Laburisti li llum iridu jħaġġru ‘l Mark u organiżżalhom protesta fil-Belt Valletta. Matul din il-protesta dawn it-talin kienu ddikjaraw “gwerra” lill-Gvern u qalu li kienu lesti saħansitra jwaqqgħuh.
Din il-protesta saret waqt li f’Kastilja kienu għaddejjin il-laqgħat taċ-CHOGM u ftit tal-ħin qabel beda r-riċiviment tar-Reġina fil-lukanda Phoenicia.
Dakinhar ħadd ma nkedd li r-Reġina setgħet tinqabad fit-traffiku. Dakinhar ħadd ma ried jagħti daqtejn, ikeċċi jew jarresta lil Tony Zarb. Dak kien żmien ieħor.
Kollox qalbu ta' taht fuq. Kull ma kienu jghidu u jaghmlu issa qieghdin jaghmlu kontra. Ghax issa Malta veru Taghna Lkoll.
ReplyDeletehpocrites!from top to bottom
ReplyDelete"to learn who rules over you, simply find out who you cannot criticize".....Voltaire.
ReplyDelete