Il-Prim Ministru
lbieraħ qal li qabel jibda jagħmel xi ħaġa fuq il-boathouses illegali li nbnew
fuq art li suppost hija tagħna lkoll, se jaffronta lill-miljunarji li fi kliemu
ħatfu l-artijiet kontra l-liġi u saru sinjuruni minnhom.
Jibda minn fejn jibda
u jibda minn min jibda, tkun ħaġa tajba li l-Prim Ministru jibda. Anzi, intendi
naqbel miegħu li għandu jibda min dawk li ħatfu (serqu) l-aktar.
Iżda stqarrija
bħal din ma tistax titħalla għaddejja mingħajr ftit mistoqsijiet pertinenti.
Sur Prim Ministru,
min huma dawn il-miljunarji li kont qed tirreferi għalihom ilbieraħ?
Liema huma l-artijiet li semmejt u xi żvilupp sar fuqhom?
Kemm hemm minn
dawn l-illegalitajiet u abbużi?
Meta se tibda
tieħu passi?
X’se jkunu l-passi li se tieħu?
X’se jkunu l-passi li se tieħu?
Wara li tlesti
minn dawn il-ħallelin miljunarji, se tibda ddur lil dawk il-ħallelin ifqar,
bħal tal-boathouses?
Tista’ jekk
jogħġbok tagħti time frame lilna ċ-ċittadini li qatt ma sraqna xejn, la żgħir u
lanqas kbir, meta se ssir ġustizzja magħna?
Biex tkun taf kif jimxi Joseph Muscat mal-miljunarji staqsi lil tal-Cafe Premier u lil Gaffarena.
ReplyDeletenahseb bl-australia hall ser jibda
ReplyDelete