Minkejja li kull
ħażin, żgħir jew kbir, huwa ħażin, inqisha tad-daħk (jew tal-biki) li
allegazzjoni bħal din tiddomina l-aħbarijiet daqs jew aktar mill-iskandli
miljunarji li qed idarruna bihom xi Ministri u Deputati Laburisti.
Is-sempliċi fatt
li dwar allowance ta’ ftit Ewro fuel fil-ġimgħa nħasset il-ħtieġa ta’
investigazzjoni tal-pulizija u inkjesta bil-Maġistrat bil-konsegwenza ovvja ta’
bumbardament medjatiku, lili jgħidli biss li Busuttil m’għadux jitqies bħala
avversarju kkundannat li jitlef l-elezzjoni li jmiss.
Malli l-Kap Nazzjonalista sar jaf b’dak li kien qed jinħema talab li x-xufier tiegħu ikun sospiż
minn xogħolu.
Irrid ngħid li nifhem
ir-raġunament kollu wara d-deċiżjoni li ħa Simon Busuttil u nifhem ukoll x’messaġġ ried jibgħat biha.
Bdanakollu nħoss li dwarha għandi nagħmel ftit riflessjonijiet.
Bdanakollu nħoss li dwarha għandi nagħmel ftit riflessjonijiet.
Anke lili dan
il-Gvern għaddieni minn arrest u investigazzjoni bla bażi bl-uniku skop ikun li
jħammiġni u jiskreditani. Għaldaqstant, jekk huwa tassew akkużat għalxejn,
nista’ nifhem minn xiex inhu għaddej dan ix-xufier bħalissa.
Minkejja li
għadda ż-żmien u ħfirt, dawk il-ġranet tal-arrest ma ninsihom qatt. U l-iktar
li ma ninsiex huwa lil dawk li ħarġu għonqhom jiddefenduni.
Allura, minkejja
li ma nafx id-dettalji kollha tal-każ, illum irrid inkun fost dawk li jemmnu lix-xufier
ta’ Simon, li bħali għandu isem, kunjom u ġieħ x’jiddefendi u familja x’jieħu
ħsieb.
Inżid ngħid li
jekk tassew m’hemmx suspett raġunat li dan ix-xufier abbuża, huwa m’għandux
ikun sospiż u għandu jitħalla jkompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu.
Jekk vera
nemmnu li din l-istorja hija biss attakk infondat ieħor, il-pożizzjoni politika
tagħna għandha tkun li niġġieldu s-sors ta’ dan l-attakk, hu min hu jew hi min
hi.
Wisq nibża li
jekk kull darba li xi ħadd ifettillu jabbuża mill-poter u jattakka lil wieħed
jew waħda minna, isib Oppożizzjoni li tissospendik minflok tiddefendik b’saħħitha
kollha, dawn l-episodji se jibqgħu jirrepetu ruħhom.
Il-kisba ta’ governanza
tajba tibda bi ġlieda qalila kontra l-abbużi, il-gideb u l-inġustizzji.
Ma nistgħux inħallu l-iżbalji li saru fil-passat jikkundizzjonawna tant li biex il-partit jidher onest aktar minn qatt qabel nagħtu daharna lil dawk li biex jimxu għandhom bżonn riġlejna.
Ma nistgħux inħallu l-iżbalji li saru fil-passat jikkundizzjonawna tant li biex il-partit jidher onest aktar minn qatt qabel nagħtu daharna lil dawk li biex jimxu għandhom bżonn riġlejna.
Iva, min fostna jiżbalja
għandu jpatti proporzjonalment ta’ għemilu. Bl-istess mod dawk fostna li jkunu
attakkati u mżebilħa għandhom isibuna spalla ma’ spalla magħhom.
Jekk l-Oppożizzjoni
mhux se tkun tarka tal-azzar għall-vittmi ta’ dan il-Gvern u mhux se turi li lesta tiġġieled
għalihom bil-mezzi kollha tagħha, se nispiċċaw kollha għarkuptejna quddiem Kastilja
nitolbu lil Muscat u sħabu jkollhom ħniena minna.
U din tkun il-kundanna tagħna. Hekk, inkunu tlifna kull ċans li sentejn oħra naraw lill-PN fil-Gvern u lil Simon Busuttil Prim Ministru.
U din tkun il-kundanna tagħna. Hekk, inkunu tlifna kull ċans li sentejn oħra naraw lill-PN fil-Gvern u lil Simon Busuttil Prim Ministru.
I don't know what the fuss is all about since I only use the car from home to work (Sliema to Valletta) and back again and fill the car with €20 a week. The truth is that a lot of fuel is burnt in traffic going slowly first & second for long period of time. To get to work it normally takes me half an hour for a 12 to 15 trip.. Big shame on the current government for creating all this chaos.
ReplyDeleteWould like to ask the speaker to check all the vehicles used by the ministers and parliament secretary how much fuel consumption they are using (going for kids at school, taking the wife shopping etc etc)and all the flights and hotel bills being paid by us for all the family on government business. Including also Mrs Muscats experiences.
ReplyDeleteShame on this government, why not investigate the PM, he is getting 7000 euro, for his personal car, yearly.
ReplyDeleteBhalek ezatt nahsibha Norman.
ReplyDeleteStrategija tal-labour hi li "jeqred" lin-nazzjonalisti wiehed wiehed. Jekk noqoghdu nissosspendu u nirrizenjaw meta l-kaz ikun ta' frame up, se jirnexxilhom. Jehtiegu konfrontazzjoni soda. Il-qorti m'ghandhiex tiehu s-snin biex tiddeciedi ghax b'hekk issir ghodda f'idejhom biex ikomplu bil-"qerda" taghhom u tkon komplici wkoll. Nehtiegu helsien minn dan il-gvern malinn.
ReplyDeleteBhalek nahsibha Norman. Dan mhux hlief ingann u aljenazzjoni ghal hnizrijiet kbar li qed jigru madwarna. Min hu bla htija min naha tal gvern jitfa l ewwel gebla ha naraw kemm inhaggru nies! Misshom jisthu. Korruzzjoni galore u jridu jsallbu proxxmu ghal ftit euro ta Petrol . Shame on them!
ReplyDeleteProsit, artiklu intelligenti u l-fatti tal bierah juru li ghandek ragun. Ghalija waqa ghaz zufjet Speaker pero, ghax malajr kien pront jghaddi kollox lil pulizija mentri fir-realta issa jidher li ma kellux provi bizzejjed biex jissospendi driver. Ara vera dilettantismu assolut bhal dan il gvern ipokrita. U nghid jien jekk kien hemm xi hadd li rrid jinvestiga, hemm il IAID (Internal Audit) u NAO (awditur generali)
ReplyDeleteSuspension of Simon Busuttil's driver lifted by Speaker: ‘Not enough evidence to warrant such drastic action’
ReplyDeleteLink: http://www.timesofmalta.com/articles/view/20151210/local/suspension-of-simon-busuttils-driver-lifted-by-speaker.595164
Dawn in-nies mahmugin u jaslu, jehtieg li nimxu iebes maghhom, nammira lil beppe fenech adami li kontinwament jaffaccjahom u ma jibzax minnhom, zgur tghallem hafna mill-ghaziz Eddie. Jekk ma noqghodux attenti u nibqulhom, lura ghal dawk iz-zmenjijiet horox mexjin malajr.
ReplyDelete