Monday, October 26, 2015

Sentejn wara

Għada jaħbat it-tieni anniversarju ta’ meta arrestawni u ħaduli ħwejġi għalxejn fuq il-post tax-xogħol fl-ajruport.

Il-banalita tal-akkużi, l-ineżistenza ta’ xi forma ta’ prova u l-mod kif il-Qorti ddikjarat l-innoċenza tiegħi f’inqas minn tlett ijiem juru li din il-ġrajja ma kinetx għajr vendikazzjoni intiża biex tkissirni.

Matul dawn is-sentejn kienu bosta li kellmuni dwar dan l-episodju. Iżda jkolli ngħid li huma ftit dawk li fehemu kif din l-azzjoni setgħet kissret il-ħajja tiegħi u ta' familti kieku għaddiet ta' min ried jagħmilli l-ħsara.

Impossibbli tinsa ġrajja bħal din u diffiċli ħafna taħfer lil min ikun għamilhielek. Iżda jien qatt ma bżajt mill-affarijiet diffiċli u rari żammejt lura milli nagħmel dak li nemmen fih.

Dejjem emmint li l-ikbar telfa li tista' ġġarrab tkun jekk titlef lilek innifsek.

Għalhekk, minkejja li qatt ħadd ma skuża ruħu, jien qed naħfer lil kull min ħa sehem f'din il-vendikazzjoni.

Quddiem il-Qorti mal-avukati Therese Commodini Cachia, Andrew Borg Cardona u Karol Aquilina. (28-10-2013)

3 comments:

  1. http://www.timesofmalta.com/articles/view/20151026/local/norman-vella-forgives-on-second-anniversary-of-his-arrest.589763

    ReplyDelete
  2. IS-SEWWA JIRBAH ZGUR. L-AZZJONI TA' MIN JAGHMIHA U MHUX TA' MIN JIRCEVIEHA. IL-MAHFRA TIEGHEK HIJA SENTIMENT NOBBLI.

    ReplyDelete