![](https://blogger.googleusercontent.com/img/b/R29vZ2xl/AVvXsEh9zNvrq7n6Aw8SPQrT6aEEf0nXHhWWpZI2VVF3vRvXHXlikxKTysKYSZSvAT0asONmDrryAw4dmD1_isHMXaU5pKKfcPKNkJncQtjA6QnjhyKJ3-9jlZIBKUzAfo8-Zeocfw4vH5Xkzrw/s1600/90c+Gass.jpg)
Tuesday, September 30, 2014
Għada jogħla l-gass
![](https://blogger.googleusercontent.com/img/b/R29vZ2xl/AVvXsEh9zNvrq7n6Aw8SPQrT6aEEf0nXHhWWpZI2VVF3vRvXHXlikxKTysKYSZSvAT0asONmDrryAw4dmD1_isHMXaU5pKKfcPKNkJncQtjA6QnjhyKJ3-9jlZIBKUzAfo8-Zeocfw4vH5Xkzrw/s1600/90c+Gass.jpg)
Monday, September 29, 2014
Indħil politiku fil-PBS
Il-Malta Independent tikkonferma dak li ili nsostni fil-kawża tiegħi kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar, jiġifieri li ċertu deċiżjonijiet fil-Public Broadcasting Services qed jittieħdu direttament minn Kastilja u li dawn huma deċiżjonijiet purament politiċi u partiġġani.
Saturday, September 27, 2014
Kandidat tal-Labour ivvota PN
Din kienet l-unika ħaġa li stajt tagħmel fl-2003 biex pajjiżna jsir membru fl-Unjoni Ewropea. Infakkar li r-rebħa tal-Iva fir-Referendum tal-2003 ma kienet tiswa’ xejn għax Alfred Sant kien iddikjara li dan ir-Referendum kien rebħu hu u li jekk il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali hu ma kienx se jiffirma t-trattat ta’ sħubija u Malta ma kienetx se ssir membru tal-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, biex Karmenu Vella jkun jista’ jiftaħar li vvota biex Malta tissieħeb fl-UE, irid jibda jiftaħar li vvota PN!
Qallek LE u għamel IVA
Il-Perit Karmenu Vella
iddikjara bil-miktub li hu vvota biex Malta tkun membru fl-Unjoni
Ewropea.
Dan ifisser li fl-2003 hu vvota kontra l-pożizzjoni tal-Partit
Laburista, minkejja li hu kien Deputat, Kelliem Ewlieni u Kandidat
tal-istess Partit Laburista.
Dan ifisser li fl-istess ħin li hu kien qed
iħeġġeġ lin-nies jivvotaw kontra s-sħubija, hu kien jaf li din ma
kienetx it-triq it-tajba għal pajjiżna u
bil-moħbi għamel bil-maqlub ta’ dak li kien qed jippriedka.
Dan ifisser
li minkejja li kien jemmen li s-sħubija kienet se ġġib iktar effetti
pożittivi milli negattivi, ma tkellimx u ssogra l-futur tagħna, ta’
wliedna u ta’ min ġej warajna għall-konvenjenza politika tiegħu.
Addio
l-prinċipji. Addio l-verità. Addio l-irġulija.
Wednesday, September 24, 2014
Ir-rebħa ta' Antoinette
Nifraħ lil Dr Antoinette Cutajar għal din ir-rebħa li minnha se jgawdu ħafna ħaddiema oħrajn. Il-każ ta’ Dr Cutajar huwa prova oħra ta’ kemm il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat jiġi jaqa’ u jqum mid-drittijiet li l-ħaddiema Maltin akkwistaw meta dħalna membri fl-Unjoni Ewropea.
Dan il-każ huwa prova oħra li dan il-“moviment” mhux vera għandu għall-qalbu l-ħaddiema kollha, imma jimpurtah biss minn dawk tal-qalba. Ir-rebħa ta’ Dr Cutajar għandha tagħmel kuraġġ lil dawk il-ħafna ħaddiema oħrajn li jħossu li saret jew li qed issir inġustizzja magħhom biex jiġġieldu għal dak li hu tagħhom.
Ikklikkja hawn għall-istorja minn TIMESOFMALTA.COM
Sunday, September 21, 2014
Qasam it-tessera tal-Labour
Dan
ir-raġel, li llum għandu bħala profile picture ritratt tat-tessera
tal-Partit Laburista maqsuma fi tnejn, huwa l-kaċċatur li fil-kampanja
elettorali 2013 "ta sorpriża" lil Simon Busuttil fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid quddiem il-kameras ta’ One News.
Għal min insieh, il-filmat jinsab hawn:
Għal min insieh, il-filmat jinsab hawn:
Gvern li jisma'... għall-kaċċaturi
![](https://blogger.googleusercontent.com/img/b/R29vZ2xl/AVvXsEhR9fKDUgUJ28sxRiYqvD4LN1UBuTJuoiCBIJwndfbr-ati2kkR4__u_5MD_jVWInAcq97ygp4H8-z_R4FxBKbikZc0o2YUflsFr1Gj5eahARcVkl30vKI8rqQVTa2lfsZOB_XFLRVmw5Q/s1600/GLJ.jpg)
Din il-laqgħa għandha tkun imxandra live fuq l-istazzjon nazzjonali TVM biex il-poplu kollu jkun jista’ jisma’ x’għandhom xi jgħidu l-kaċċaturi u x’kienu mwiegħda qabel l-aħħar elezzjoni u x’se jirrispondi l-Prim Ministru.
Infakkar li fi żmien in-Nazzjonalisti l-Prim Ministru kemm-il darba kellu jiffaċċja folol irrabjati live fuq ix-xandir. Per eżempju niftakar lil Eddie Fenech Adami fil-programm Xarabank wara li waqqaf is-sussidji tat-tarzna u lil Lawrence Gonzi fl-istess programm meta għalqet il-fabbrika VF u mijiet ta’ ħaddiema tilfu x-xogħol u darb’oħra meta għolew il-prezzijiet tal-petrol, id-diesel u l-gass.
Saturday, September 20, 2014
L-istess deċiżjoni ta' 7 snin ilu
Id-deċiżjoni
li ħa l-Gvern Laburista illum, li jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa minħabba
n-numru kbir ta’ illegalitajiet li kienu qed jiġu rrapurtati, hija
l-istess deċiżjoni li kien ħa 7 snin ilu l-Gvern Nazzjonalista
f’ċirkostanzi simili.
Hemm hi r-roadmap.
Hemm hi r-roadmap.
Wednesday, September 17, 2014
Malta għandha biex tiftaħar
Il-kultura tas-solidarjetà; il-kultura favur il-ħajja; il-kultura li dejjem inkunu mal-iżgħar fost iż-żgħar. Din hija l-kultura Maltija li tagħmilna kburin. Din hija l-kultura Maltija li għandna nipproteġu mill-invażjoni tal-egoiżmu u ta’ sentimenti oħra ħżiena u irrazzjonali.
Sunday, September 14, 2014
Saturday, September 13, 2014
Talenti mhux miljuni
Hawn Malta jgħidilna li jrid jakkwista biljun Ewro u disa’ xhur wara jmur New York u jgħidilhom li jrid it-talenti.
Skont il-loġika ta’ Joseph Muscat jekk xi ħadd jitħajjar juża t-talenti tiegħek għall-ġid u l-progress tiegħu għandek tkun int li tħallsu u mhux hu li jħallsek.
Allura nifhem li dawk il-ħafna talenti Maltin li kemm ilu jmexxi hu ngħataw il-ġenb, x’aktarx kienu qed jippretendu li minflok iħallsu, jitħallsu. X’għarukaża ta’ nies!
Subscribe to:
Posts (Atom)