Friday, January 29, 2016

Qabbel u ifhem x'qed jiġri

Il-Gvern bagħat lill-pulizija jinvestigaw id-Dipartiment tal-Artijiet tmien xhur wara li deher l-ewwel rapport dwar l-iskandlu Gaffarena fis-Sunday Times. Iżda l-Gvern m'għamilx l-istess meta fil-Malta Today f'Jannar li għadda deheret storja dwar uffiċjal tal-Malta Resources Authority.

Dakinhar stess, minkejja li kien il-Ħadd, sad-9 ta' filħodu l-Gvern kien diġa ħareġ stqarrija jgħid li dan l-uffiċjal kien ġie sospiż. Dakinhar stess il-pulizija bdew jinvestigaw il-każ u l-għada t-Times irrapurtat li dan l-uffiċjal kien qed jiġi interrogat mill-pulizija fid-Depot. (ara l-gazzetti hawn taħt)

Għaliex il-Gvern ta' Joseph Muscat ma kellux l-istess reazzjoni għall-iskandlu Gaffarena?

Għaliex il-pulizija damet tmien xhur biex daħlet fil-każ?

Għaliex il-pulizija, anke issa, ma marritx tinvestiga f'Kastilja fejn twieled dan l-iskandlu imma marret biss fid-Dipartiment tal-Artijiet?

Għaliex ma ġarax kif ġara dwar l-allegazzjoni ta' abbuż fil-Malta Resources Authority?

Ma tridx tkun professur biex twieġeb dawn id-domandi.



Monday, January 25, 2016

Għajjruh 'korrott' u issa ħaduh iċapċpilhom

Fost dawk li lbieraħ marru l-Gżira jċapċpu lil Michael Falzon u lill-Ministru tal-Lands Joseph Muscat kien hemm ukoll persuna li l-Partit Laburista stess kien tah it-tikketta ta' 'korrott'.

Ma' min rajtek xebbaħtek, jgħid il-Malti.

Ma tantx għandhom biex iħossuhom kburin il-Laburisti ġenwini f'dawn il-ġranet.


Sunday, January 24, 2016

Għax ma tagħmlux programm wieħed live mid-dar?

Dalgħodu fuq Television Malta kien hemm Norma Saliba tagħmel l-analiżi tal-gazzetti fl-istess ħin li fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista kien hemm ir-raġel tagħha Manuel Micallef, li wkoll kien qed jagħmel l-analiżi tal-gazzetti.

Biex niffrankaw ftit nhar il-Ħadd imisshom jagħmlu programm wieħed mill-kumdita ta' darhom u jxandruh fuq iż-żewġ stazzjonijiet f’daqqa.

U iva ... mhux xorta!


Monday, January 18, 2016

Manuel Mallia għal Ministru tat-Trasport

Qed jingħad li fil-ġranet li ġejjin Emmanuel Mallia se jerġa jsir Ministru.

Nipproponi lill-Prim Ministru Joseph Muscat jagħtih il-Ministeru tat-Trasport u kif ikun fiż-żifna jagħti revolver lix-xufiera kollha tat-trasport pubbliku!


Sunday, January 17, 2016

Il-bniedem mhux bil-perżut biss jgħix

Nappella lil dawk li jħaddnu t-twemmin Hindu biex jibdew jinġabru jitolbu f'xi pjazza Maltija ħalli nhar il-Ħadd immorru nieħdu biċċa rib-eye steak tajba ġentilment offruta mill-Għaqda Patrijotti Maltin!


Friday, January 15, 2016

Jonfqu fi fuel iktar mill-paga minima

Ftit kalkoli u ssib li kull xahar il-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat qed jonfqu €800 fi fuel għall-karozzi tagħhom, ovvjament minn flus il-poplu - iktar minn kemm jaqla ħaddiem bil-paga minima!