Friday, March 10, 2017

Scicluna ma jomgħodiex: Li għamlu Mizzi, Schembri, Egrant u Brian Tonna huwa kundannabbli u llegali

Lill-Ministru Edward Scicluna fil-programm XTRA tal-bieraħ ħarbitlu oħra.

Wara li ilhom iktar minn sena jgħidulna li m'hemm xejn illegali u li ma fiha xejn ħażin li xi ħadd jiftaħ kumpanija fil-Panama, li kif stqarr il-Ministru Edward Scicluna "ma tikkoperax fl-exchange of information", ilbieraħ il-Ministru tal-Finanzi stqarr: "Meta wieħed jaħbi barra minn Malta (bħal m'għamlu Konrad Mizzi, Keith Schembri u Egrant) fejn m'hemmx trasparenza u m'hemmx exchange of information (bħall-Panama), dik hija kundannabbli u l-ebda financial practitioner (bħal Nexia BT tal-accountant ta' Kastilja Brian Tonna) m'għandu jagħti pariri f'dak il-lat għaliex ikun qiegħed f'xi ħaġa llegali"

Biex tgħaxxaqha iktar, Scicluna dak il-ħin ma kienx qed jitkellem fuq politiċi jew politically exposed persons bħal ma huma Mizzi u Schembri. U lanqas ma kien qed jitkellem fuq flus li l-oriġini tagħhom tkun ġiet ivvintata biex tgħatti minn fejn tassew ikunu ġejjin.

L-argument li kien qed jagħmel il-Ministru Scicluna kien limitat għall-evażjoni tat-taxxa. Jekk ma dan l-argument iżżid l-ingredjenti tal-iskandlu ta' sħabu l-Ministru u ċ-Chief of Staff żgur li Scicluna jkollu jsib kliem iktar qawwi minn "kundannabbli" u 'llegali".

Biex tara l-clip ikklikkja hawn jew araha hawn taħt:

Edward Scicluna jammetti: "Il-Panama ma tagħtix informazzjoni"

Tiftakruhom jippruvaw ibellgħuhielna li kumpanija moħbija fil-Panama m'għandha xejn differenti minn kumpanija fil-kumplament tad-dinja? Sa lill-ambaxxatur tal-Panama kienu qalgħu biex iserrħilna moħħna!

Iżda l-Ministru Edward Scicluna lbieraħ bla tlaqlieq ammetta: "Il-każ tal-Panama kien kbir għax il-Panama ma tikkoperax fuq l-exchange of information"

Bil-Malti, min jagħmel kumpanija fil-Panama jagħmilha biex jaħbi, biex ikollu moħħu mistrieħ li ħadd u qatt ma jsir jaf x'ħawwad biha.

Bi statement ta' ħames sekondi l-Ministru Scicluna fottielhom l-audits u l-iskużi kollha li vvintaw fl-aħħar sena!

Biex tara l-clip mill-programm XTRA tal-bieraħ IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:

Tuesday, March 7, 2017

Mhux Għax Jimpurtani - 7 ta' Marzu 2017

Biex tara l-ewwel parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:


Biex tara it-tieni parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:


Biex tara t-tielet parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt: