Taqbel u ma taqbilx magħhom, il-politiċi 'ta' vera' huma dawk li kapaċi
jieħdu pożizzjonijiet diffiċli li mhux bilfors jinżlu tajjeb
mal-elettorat... Il-politiċi 'ta' vera' huma dawk li ma joqgħodux
jistaħbew biex jipproteġu dak li jkunu kisbu.
Marlene Farrugia hija
waħda minn dawk li jien inħossni kburi li qed tirrappreżentani
fil-Parlament Malti. U dan qed ngħidu mhux għax ivvutajtilha jew għax
naqbel magħha f'kull ma tgħid u tagħmel.
Grazzi Marlene.... U issa ejja
nkomplu nargumentaw, ejja nkomplu nħabbtu l-idejat u ejja nkomplu
nirrispettaw lil xulxin kif dejjem għamilna.
No comments:
Post a Comment