Il-President tal-GWU illum qalilna li aħna lkoll "obbligati" nagħlqu
ħalqna u ma nperrċux il-kwistjonijiet politiċi tagħna lil hinn minn
xtutna, biex ma nkomplux nagħmlu "ħsara lil pajjiżna".
Mhux se noqgħod
nispjega għaliex din id-dikjarazzjoni hija oxxena, anti-demokratika,
kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u stupidaġni mill-kbar
nett.
Se nfakkar biss x'għamlet l-istess GWU fis-sena 2005 meta Malta
kienet qed tospita ċ-CHOGM.
Ikklikja hawn għar-rapport ta' The Times tat-18 ta' Novembru 2005.
No comments:
Post a Comment