Ilbieraħ
kellna l-bidu tas-smiegħ tal-kawża li eks Kummissarju Ewropew Malti
fetaħ fil-Qorti Ewropea dwar ir-riżenja/tkeċċija tiegħu. Kif ippjanat
xehdu fost oħrajn l-istess eks Kummissarju u l-President tal-Kummissjoni
Ewropea.
Ilbieraħ ukoll sbaħna bl-aħbar li Skola Sajf u Klabb 3-16 ġew
posposti b’ġimgħa. Intlaqtu 10,800 tifel u tifla u l-ġenituri tagħhom.
Għal kull ġurnalist, editur, producer, u
preżentatur ta’ programm ta’ ġrajjiet kurrenti żewġ aħbarijiet bħal
dawn huma manna mis-sema. Iżda mhux għall-istazzjon nazzjonali Malti.
Ilbieraħ filgħaxija fuq TVM
kien imissu jixxandar is-suppost programm ta’ ġrajjiet kurrenti
Reporter ta’ Saviour Balzan. Il-programm sar kif skedat iżda l-ebda
wieħed minn dawn is-suġġetti ma kien diskuss, lanqas għal minuta waħda.
No comments:
Post a Comment