Sammut kien kandidat tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1996 u l-1998. Ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2003, Mark A Sammut kien in-nutar imqabbad mill-Partit Laburista biex jiffirma l-'Patt mal-Poplu' li t-tmexxija tal-partit kienet għamlet mal-poplu Malti.
Mark A Sammut huwa iben il-kittieb mibki Frans Sammut li serva fis-segretarjat privat ta' Alfred Sant meta kien Prim Ministru bejn l-1996 u l-1998.
Fil-ktieb tiegħu Sammut jiddiskrivi l-iskandlu tal-Panama Papers bħala "l-iskandlu li jitfi l-iskandli l-oħra kollha."
Sammut jikteb hekk: "Jekk l-iskandli l-oħra huma l-kwiekeb ta’ billejl, l-iskandlu tal-Panama Papers hu x-xemx. Daqshekk hu kbir. Għax riegħed mhux biss lill-Gvern ta’ Malta u lill-politika Maltija. Imma riegħed ukoll ir-reputazzjoni ta’ Malta lil hinn minn xtutna.”
Bi pjaċir inħabbar li fil-programm Mhux Għax Jimpurtani tal-lejla se nkun qed nintervista lil Mark A Sammut dwar il-ktieb tiegħu, dwar dan l-iskandlu u dwar kif qed jaġixxi l-Gvern ta' Joseph Muscat. Fl-10pm fuq NET Television.
No comments:
Post a Comment