Snin ilu Ivan kien iservi fil-Kunsill Mosti f’isem
il-Partit Laburista.
Fl-2003 Ivan kien tkeċċa mill-Partit Laburista. U kien tkeċċa mhux għax għamel xi ħaġa ħażina.
Ivan Bartolo tkeċċa għax
kien iddikjara pubblikament li hu favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Ivan u l-familja tiegħu dak iż-żmien għaddew minn martirju. Saħansitra kienu jkunu mhedda minn dawk li sa ftit qabel kienu jqisu bi ħbieb tagħhom.
Iżda Ivan xorta waħda baqa’ jservi lill-Mostin fil-Kunsill Lokali bħala ‘indipendenti’ sal-aħħar tat-terminu.
Iżda Ivan xorta waħda baqa’ jservi lill-Mostin fil-Kunsill Lokali bħala ‘indipendenti’ sal-aħħar tat-terminu.
Fl-ittra ta' tkeċċija, Jason Micallef li llum imexxi l-Valletta 2018 u l-istazzjonijiet tal-Partit Laburista, akkuża lil Ivan Bartolo bi tradiment (ara l-ittra taħt).
Ir-referendum tal-Unjoni Ewropea ġie u għada. Iż-żmien
wera li Ivan, jien u ħafna oħrajn bħalna kellna raġun.Ivan qatt ma ngħata premjijiet jew karigi mill-Gvernijiet Nazzjonalisti li ġew wara dak ir-Referendum. Ivan qatt ma ried u qatt ma pretenda xejn. Għamel dak li għamel għax ried li jsir dak li emmen li kien fl-aħjar interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha kemm huma, hu x'inhu t-twemmin politiku tagħhom.
Kellhom jgħaddu tnax-il sena biex Ivan jerġa’ jikkontesta
elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Fil-11 ta' April li għadda isem Ivan reġa' tfaċċa fuq il-karta tal-vot tal-Mostin, din id-darba biswit l-arma tal-Partit Nazzjonalista.
Ivan resaq lejn il-PN f'dak li forsi kien l-aktar żmien diffiċli tiegħu, żmien li fih tista’ biss tagħti u mhux
tieħu.
Nhar is-Sibt Ivan kien magħżul mill-Mostin biex ikun il-Viċi Sindku tagħhom.
Jien fraħt
u ċċelebrajt.
Għax din ir-rebħa ċkejkna ta’ Ivan hija rebħa kbira għal
dak li huwa sabiħ u pożittiv fil-politika. Ir-rebħa ta’ Ivan hija r-rebħa
tas-sewwa li jkollu jbati, jkollu jistenna, iżda fl-aħħar jirbaħ.



















