Monday, December 14, 2015
Bħalissa qed iċemplu lill-pulizija biex tinfetaħ inkjesta Maġisterjali
M'għandix dubju li hemm ħafna fost dawk li l-ġimgħa l-oħra riedu ras il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq platt li bħalissa qed iċemplu lill-pulizija jħeġġuhom jinvestigaw u jiftħu inkjesta bil-Maġistrat. Sa għada filgħodu dawn it-talin se jkunu qed jinsistu għat-tkeċċija ta' dawk f'Kastilja li kienu responsabbli minn dan l-abbuż. Wara se jitolbu lill-Prim Ministru jġorr ir-responsabbiltà tal-għażliet li għamel u jirriżenja.
Prosit kemm huma konsistenti!
Prosit kemm huma konsistenti!
Sunday, December 13, 2015
Saturday, December 12, 2015
Viva r-Repubblika
Ma nara xejn ħażin li persuna li tkun mexxiet l-ikbar Union fil-pajjiż għal sittax-il sena tingħata Ġieħ ir-Repubblika. Anzi, nqisha bħala xi ħaġa normalissima li għandha ssir.
Li din il-persuna jkun jisimha Tony Zarb u f'dawn is-sittax-il sena tkun għamlet dak li għamel hu, jirrifletti ħażin u huwa ta' għajb għall-membri u d-delegati tal-Union li m'għarfux jagħżlu toroq u persuni aħjar.
L-agħa li qed iqum illum dwar id-deċiżjoni li Zarb ikun onorat mill-istat għandu jkun indirizzat lejn dawk li għal sittax-il sena sħaħ għażluh bħala l-mexxej tagħhom u ntelqu għal warajh u wara ċ-ċuċati li kien jgħid u jagħmel. Povru ħaddiem!
L-agħa li qed iqum illum dwar id-deċiżjoni li Zarb ikun onorat mill-istat għandu jkun indirizzat lejn dawk li għal sittax-il sena sħaħ għażluh bħala l-mexxej tagħhom u ntelqu għal warajh u wara ċ-ċuċati li kien jgħid u jagħmel. Povru ħaddiem!
Friday, December 11, 2015
Mill-Baħrija sar-Rabat: X'differenza!
Fl-2009, Victor Scerri ma kellu ebda kariga fil-Gvern ta’ Lawrence Gonzi. La kien Ministru, la Segretarju Parlamentari u lanqas Deputat. Kien jokkupa kariga biss fil-Partit Nazzjonalista - dik ta’ President tal-Kunsill Ġenerali.
Rapport tal-Awditur tal-MEPA, li Scerri u l-perit tiegħu Robert Musumeci kkontestaw bil-qawwa kollha, kien tefa’ dell fuq permess maħruġ fuq propjetà ta’ mart Scerri fil-Baħrija.
Victor Scerri irriżenja mill-kariga ta’ President tal-partit.
Ftit wara, minkejja li ma kien għadu jokkupa ebda kariga pubblika, Scerri aċċetta stedina biex jieħu sehem fil-programm Xarabank.
Hu, martu u l-perit tiegħu marru fil-programm live, poġġew il-karti kollha fuq il-mejda, iffaċċjaw u wieġbu dak li kien qed jgħid l-Awditur, dak li kienu qed jgħidu l-NGOs ambjentali u anke dak li kienet qed tgħid il-media Laburista u dik indipendenti.
Hu, martu u l-perit tiegħu marru fil-programm live, poġġew il-karti kollha fuq il-mejda, iffaċċjaw u wieġbu dak li kien qed jgħid l-Awditur, dak li kienu qed jgħidu l-NGOs ambjentali u anke dak li kienet qed tgħid il-media Laburista u dik indipendenti.
Dik irġulija!
Dik trasparenza!
Dik trasparenza!
X’differenza minn kif qed iġib ruħu llum is-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
Jistgħu idumu jgħidulu l-NGOs biex jirriżenja ... jista’ jħambaq l-Ombudsman... tista’ tinvestiga l-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni.
Ian Borg kien, għadu u se jibqa’ fil-kariga u li għalih ikompli għaddej anke bil-bini.
Ian Borg kien, għadu u se jibqa’ fil-kariga u li għalih ikompli għaddej anke bil-bini.
Dawk li vvotaw għall-bidla ħaduha tassew - il-kontabilità u t-trasparenza ingħataw majnata tant kbira li għerqu.
Wednesday, December 9, 2015
Is-sospensjoni tax-xufier ta’ Simon Busuttil
Iktar ma naqra u
nisma dwar l-allegazzjonijiet fuq il-konsum tal-fuel tal-karozza tal-Kap
tal-Oppożizzjoni, iktar nikkonvinċi ruħi li din hija storja minfuħa b’mod
eżaġerat biex tattakka l-integrita tiegħu.
Minkejja li kull
ħażin, żgħir jew kbir, huwa ħażin, inqisha tad-daħk (jew tal-biki) li
allegazzjoni bħal din tiddomina l-aħbarijiet daqs jew aktar mill-iskandli
miljunarji li qed idarruna bihom xi Ministri u Deputati Laburisti.
Is-sempliċi fatt
li dwar allowance ta’ ftit Ewro fuel fil-ġimgħa nħasset il-ħtieġa ta’
investigazzjoni tal-pulizija u inkjesta bil-Maġistrat bil-konsegwenza ovvja ta’
bumbardament medjatiku, lili jgħidli biss li Busuttil m’għadux jitqies bħala
avversarju kkundannat li jitlef l-elezzjoni li jmiss.
Malli l-Kap Nazzjonalista sar jaf b’dak li kien qed jinħema talab li x-xufier tiegħu ikun sospiż
minn xogħolu.
Irrid ngħid li nifhem
ir-raġunament kollu wara d-deċiżjoni li ħa Simon Busuttil u nifhem ukoll x’messaġġ ried jibgħat biha.
Bdanakollu nħoss li dwarha għandi nagħmel ftit riflessjonijiet.
Bdanakollu nħoss li dwarha għandi nagħmel ftit riflessjonijiet.
Anke lili dan
il-Gvern għaddieni minn arrest u investigazzjoni bla bażi bl-uniku skop ikun li
jħammiġni u jiskreditani. Għaldaqstant, jekk huwa tassew akkużat għalxejn,
nista’ nifhem minn xiex inhu għaddej dan ix-xufier bħalissa.
Minkejja li
għadda ż-żmien u ħfirt, dawk il-ġranet tal-arrest ma ninsihom qatt. U l-iktar
li ma ninsiex huwa lil dawk li ħarġu għonqhom jiddefenduni.
Allura, minkejja
li ma nafx id-dettalji kollha tal-każ, illum irrid inkun fost dawk li jemmnu lix-xufier
ta’ Simon, li bħali għandu isem, kunjom u ġieħ x’jiddefendi u familja x’jieħu
ħsieb.
Inżid ngħid li
jekk tassew m’hemmx suspett raġunat li dan ix-xufier abbuża, huwa m’għandux
ikun sospiż u għandu jitħalla jkompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu.
Jekk vera
nemmnu li din l-istorja hija biss attakk infondat ieħor, il-pożizzjoni politika
tagħna għandha tkun li niġġieldu s-sors ta’ dan l-attakk, hu min hu jew hi min
hi.
Wisq nibża li
jekk kull darba li xi ħadd ifettillu jabbuża mill-poter u jattakka lil wieħed
jew waħda minna, isib Oppożizzjoni li tissospendik minflok tiddefendik b’saħħitha
kollha, dawn l-episodji se jibqgħu jirrepetu ruħhom.
Il-kisba ta’ governanza
tajba tibda bi ġlieda qalila kontra l-abbużi, il-gideb u l-inġustizzji.
Ma nistgħux inħallu l-iżbalji li saru fil-passat jikkundizzjonawna tant li biex il-partit jidher onest aktar minn qatt qabel nagħtu daharna lil dawk li biex jimxu għandhom bżonn riġlejna.
Ma nistgħux inħallu l-iżbalji li saru fil-passat jikkundizzjonawna tant li biex il-partit jidher onest aktar minn qatt qabel nagħtu daharna lil dawk li biex jimxu għandhom bżonn riġlejna.
Iva, min fostna jiżbalja
għandu jpatti proporzjonalment ta’ għemilu. Bl-istess mod dawk fostna li jkunu
attakkati u mżebilħa għandhom isibuna spalla ma’ spalla magħhom.
Jekk l-Oppożizzjoni
mhux se tkun tarka tal-azzar għall-vittmi ta’ dan il-Gvern u mhux se turi li lesta tiġġieled
għalihom bil-mezzi kollha tagħha, se nispiċċaw kollha għarkuptejna quddiem Kastilja
nitolbu lil Muscat u sħabu jkollhom ħniena minna.
U din tkun il-kundanna tagħna. Hekk, inkunu tlifna kull ċans li sentejn oħra naraw lill-PN fil-Gvern u lil Simon Busuttil Prim Ministru.
U din tkun il-kundanna tagħna. Hekk, inkunu tlifna kull ċans li sentejn oħra naraw lill-PN fil-Gvern u lil Simon Busuttil Prim Ministru.
Saturday, December 5, 2015
Muscat u l-ħallelin miljunarji
Il-Prim Ministru
lbieraħ qal li qabel jibda jagħmel xi ħaġa fuq il-boathouses illegali li nbnew
fuq art li suppost hija tagħna lkoll, se jaffronta lill-miljunarji li fi kliemu
ħatfu l-artijiet kontra l-liġi u saru sinjuruni minnhom.
Jibda minn fejn jibda
u jibda minn min jibda, tkun ħaġa tajba li l-Prim Ministru jibda. Anzi, intendi
naqbel miegħu li għandu jibda min dawk li ħatfu (serqu) l-aktar.
Iżda stqarrija
bħal din ma tistax titħalla għaddejja mingħajr ftit mistoqsijiet pertinenti.
Sur Prim Ministru,
min huma dawn il-miljunarji li kont qed tirreferi għalihom ilbieraħ?
Liema huma l-artijiet li semmejt u xi żvilupp sar fuqhom?
Kemm hemm minn
dawn l-illegalitajiet u abbużi?
Meta se tibda
tieħu passi?
X’se jkunu l-passi li se tieħu?
X’se jkunu l-passi li se tieħu?
Wara li tlesti
minn dawn il-ħallelin miljunarji, se tibda ddur lil dawk il-ħallelin ifqar,
bħal tal-boathouses?
Tista’ jekk
jogħġbok tagħti time frame lilna ċ-ċittadini li qatt ma sraqna xejn, la żgħir u
lanqas kbir, meta se ssir ġustizzja magħna?
Subscribe to:
Posts (Atom)