Minn Albert Gauci Cunningham ippubblikat fuq ILLUM
Norman Vella ilejla ħabbar li rrizenja minn Kunsillier, kandidat u anke membru tal-Partit Nazzjonalista wara d-deċizjoni tal-partit li d-Deputat Hermann Schiavone m'għamel xejn ħażin meta ltaqa' ma' Yorgen Fenech, id-Direttur tal-Kumpanija 17 Black.
Fil-fatt kien iktar kmieni illum li kien deċiż illi Schiavone se jerġa jidħol fil-Grupp Parlamentari tal-PN wara illi kien rriżenja fuq storja ta' laqgħa bejnu u Fenech, flimkien ma' Kristy Debono, fuq il-gazzetta The Sunday Times.

Vella sostna li "illum inkun qed nonqos lili nnifsi u lil dawk kollha li tawni l-fiduċja jekk ma nesprimix għadab għal deċiżjoni tal-partit li nħoss li tmur kontra dak li ħdimna u vvotajna għalih sentejn ilu. Fl-istess waqt nirrikonoxxi li min ġie fdat bit-tmexxija tal-partit u tal-organi tiegħu għandu l-jedd jieħu d-deċiżjonijiet li jidhirlu li huma l-aħjar u jmexxi l-partit fid-direzzjoni li jħoss li għandu jmexxih."
Kien hawn li qal illi huwa se jagħżel it-triq tal-irġulija u jirriżenja.
No comments:
Post a Comment