Wednesday, December 3, 2014

Austin Gatt, Manuel Mallia u TVM

Meta fl-eqqel tal-kampanja elettorali bdew ħerġin dettalji dwar il-każ tal-commissions fuq ix-xiri taż-żejt, waħda mill-ewwel affarijiet li għamilt kienet li stedint fil-programm TVHemm lill-eks Ministru Austin Gatt.

L-istedina ma ġietx aċċettata mill-ewwel. Iżda bqajt ninsisti. Kont nibgħat reminder kważi kuljum u ma nafx kemm-il darba ċempilt lil uffiċjali differenti tal-Partit Nazzjonalista ninsisti magħhom biex Gatt jiġi fil-programm.

Sadanittant, f'TVHemm bħal fi programmi oħra ta' TVM, kienu qed jiġu diskussi b'mod regolari l-iżviluppi kollha li bdew joħorġu dwar dan il-każ.

Fl-14 ta' Frar Austin Gatt wieġeb għall-aħħar waħda mir-reminders li kont bagħatlu u qalli li kien lest jiġi intervistat fil-programm ta' dakinhar filgħaxija.

Mingħajr ma ħsibtha darbtejn ħassart kull ħaġ'oħra li kien hemm ippjanata għal dakinhar biex il-ħin kollu tal-programm ikun iddedikat għal din l-intervista.

Biex żgur ma jitħallewx mistoqsijiet u argumenti barra u biex żgur ħadd ma jkun jista' jgħid li Gatt kellu intervista faċli, stedint lill-Partit Laburista jibgħat rappreżentant tiegħu fil-panel. Il-partit fl-Oppożizzjoni kellu l-liberta' jibgħat lil min irid biex miegħi jiggrilja lil Austin Gatt fuq xiex irid. Niftakar kien intbagħat l-eks Deputat u ġurnalist, illum Kap Eżekuttiv tal-PL, Gino Cauchi.

Dak kien ix-xandir tal-istat fi żmien Gvern Nazzjonalista, fiż-żmien li kont naħdem fih jien.

Fast forward b'20 xahar. Jista' xi ħadd jgħidli f'liema programm ta' TVM se nkunu qed naraw lill-Ministru Manuel Mallia jiġi grilljat minn ġurnalist u rappreżentant tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista?

Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia maċ-chairman tal-PBS

7 comments:

  1. TVM m'ghadux jezisti. Issa sar Super 2.

    ReplyDelete
  2. Tajjeb, mela lil Ministru Austin Gatt ghamiltlu diversi stediniet biex jiccara l pozizzjoni tieghu fuq il kwistjoni tat tixhim fuq ix xiri taz zejt, u lil MP Franco Debono li xeba' jitlob cans biex jispjega id decizzjoni tieghu ghax ma vvutax favur il budget, li biex infakkru kien minhabba l istess Ministru Austin Gatt, dak le, lil dak hallejtuh jitlobkhom kemm il darba biex jispjega l posizzjoni li ha!
    Tajjeb wisq!
    Dak bilanc!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Qed tgħid il-ħmerijiet. Anzi, qed tirreperti waħda miċ-ċuċati li kien jgħid Debono dak iż-żmien. Il-fatti huma li l-ewwel darba li Dr Debono qal li mhux se jagħti fiduċja lil Gvern Nazzjonalista (Jannar 2012) Debono kien fil-panel ta' Xarabank. Dakinhar stess li Dr Debono astjena fil-Parlament fuq il-vot ta' fiduċja dwar il-Ministru Gatt (Novembru 2012) kien mistieden u ħa sehem fil-programm Xarabank li kien kollu kemm hu dwar dan il-vot. Meta ivvota kontra l-Budget kien mistieden f'TVHemm fi programm li fih hu kien l-uniku mistieden. Dan il-programm sar inqas minn ġimgħa wara l-vot fil-Parlament. Hawn qed insemmi biss il-programmi li kont responsabbli għalihom jien. Dr Debono kien mistieden f'diversi programmi oħrajn tul il-leġislatura kollha. F'Xarabank biss kellu stediniet daqs kemm kellhom il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni!

      Ukoll, il-Ministru Austin Gatt qatt ma kien mistieden biex jiġi fi programm "jispjega l-pożizzjoni tiegħu". Gatt kien mistieden jiffaċċja l-mistoqsijiet tiegħi u ta' Deputat tal-Oppożizzjoni. Il-programmi ta' diskussjoni u ta' ġrajjiet kurrenti m'humiex u m'għandhomx ikunu bħad-diskorsi fil-Parlament fejn id-Deputat jista' jgħid li jrid protett ukoll mill-privileġġ Parlamentari.

      Delete
    2. Il punt tieghi huwa rigward il hegga min naha tieghek biex tistieden lil Ministru Austin Gatt u nnuqas ta hegga biex tistieden lil MP Franco Debono.
      X irrizulta u x gara fil fatt huma kollha grazzi ghal insistenza ta dr. Franco Debono.

      Delete
    3. Il-punt hu li lil Franco Debono ma stedintuhx minn meta iddikjara li se jivvota kontra l budget minhabba diversi ragunijiet fostom Austin Gatt.
      Minn meta iddikjara li se jivvota kontra l budget QATT ma stedintuh.
      L- ewwel darba li tfacca fuq xarabank kienet flok Anglu Farrugia u ma kienx mistieden,
      dak hu l punt.
      Cucati qed tghid int!
      Fiz-zmien li qed issemmi int l-affarijiet kienu ghadhom fluwidi,
      izda meta iddikjara li se jivvota kontra l budget f'xi Lulju jew Awissu 2012
      imbaghad qatt ma stedintuh aktar.
      Dawk kienu voti 'zghar' hdejn vot fil-budget, allura jekk stedintuh wara l-vot ta Austin Gatt, kif qatt ma stedintuh meta ddikjara li se jivvota kontra l-budget?
      din mhix xi cucata - vot kontra l budget!




      Delete
    4. Minkejja li għal darb'oħra qed tgħid affarijiet li mhumiex minnhom, tajjeb tkun taf li dan il-blog mhuwiex dwar Franco Debono.

      Il-punt ta' dan il-blog huwa dwar kif ix-xandir tal-istat qed jitratta Ministru li jinsab fiċ-ċentru ta' skandlu.

      Franco Debono la qatt kien Ministru u lanqas qatt mhu se jkun. U kieku dak iż-żmien kellu jkun mistieden fuq ix-xandir kull darba li qal jew ta x'jifhem li kien se jivvota kontra l-Gvern kien ikun iktar qabel li jibda jaqra' l-aħbarijiet tat-8!

      Għall-preċiżjoni, tajjeb tkun taf li ftit ġimgħat qabel il-Budget, jekk niftakar tajjeb kien l-aħħar ta' Ottubru, Debono kien mistieden f'TVHemm u ma lissinx kelma waħda f'dan is-sens (li se jivvota kontra l-Budget), lanqas off-air. Mhux etiku ngħidlek x'kien qed jgħid off-air imma nassigurak li ma kienx qed jgħid li kien se jivvota kontra l-Gvern!

      Ukoll, tajjeb tkun taf li fuq insistenza tal-PL, f'Ottubru 2012 l-Awtorita tax-Xandir kienet ħarġet direttiva jew struzzjoni (li jien ma naqbilx magħha) li kienet tgħid li fuq suġġetti ta' kontroversja politika l-Partiti kellhom id-dritt jiddeċiedu huma lil min jibgħatu jirrapreżentahom fil-programmi. Dan ifisser li sakemm kien Deputat tal-PN, Debono seta' jieħu sehem biss meta jibgħatu l-PN. Kieku kellna napplikaw din id-direttiva kelma b'kelma Dr Debono qatt ma kien jidher fi programm fuq TVM!

      Delete
  3. mhemmx ghalfejn. mallia vergni fdin il bicca jahasra!!

    ReplyDelete