Wednesday, December 10, 2014

Iridu iktar vendikazzjonijiet

Il-propogandist per eċċellenza tal-Partit Laburista Emanuel Cuschieri jikkwota bi prominenza appell ta' sieħbu fis-Super One Ray Mahoney.

It-tnejn li huma jridu lill-Ministru l-ġdid tal-PBS Owen Bonnici "inaddaf u jixkupa" mill-istazzjon nazzjonali.

Ovvjament iriduh "jixkupa" lil dawk il-ftit li baqa' fil-PBS li ma jaqblux magħhom.

Huwa ċar kristall li għal dawn in-nies il-poter huwa biss mezz ta' kif iwettqu l-vendikazzjonijiet.


F'din il-paġna ta' ħdura jispikkaw kummenti u appelli oħrajn bħal "Nibdew mill-PBS u nkomplu f'kull entita pubblika oħra" u "same must be done in all governmental departments".


Il-mibgħeda tispikka fil-maġġoranza tal-kummenti. Hemm saħansitra min qed jgħid li jekk mhux se jneħħu lin-Nazzjonalisti minn ċerta postijiet mhux se jmur jivvota.

 

Anke ritratti ta' xkupi jibgħatulu lill-Ministru Bonnici, għax għalihom in-Nazzjonalisti trab tal-art.

Dawn huma l-istess nies li kienu jgħajtu "tagħna lkoll".

Dawn huma l-istess nies li telgħu bl-għajta "tista' ma taqbilx magħna, imma tista' taħdem magħna."

17 comments:

  1. Hekk biss jafu jghixu dan-nies. Rebhu rebha bhal dik u ghadhom qishom iddisprati.

    ReplyDelete
  2. Dan ma tistax tghidu ghalik Norman ghax skont is-sentenza li nqataghtlek ma kienx hemm irregolaritajiet fil-konfront tat-transfer tieghek. Biss nikkwota l-idjoma li biex tiskongra trid tkun pur. Kemm-il multa wehlu l-PBS minghand l-Awtorita' tax-Xandir minhabba li ma kinux regolari partiggjanament...Meditate gente, meditate...

    ReplyDelete
    Replies
    1. X’sentenza hi? Fil-kawża li ftaħt jien għadhom lanqas instemgħu il-provi kollha tagħna u għad iridu jinstemgħu tad-difiża! Ma nafx minn fejn iġġibuhom dawn l-invenzjonijiet.

      U fuq il-multi, jien QATT ma weħilt EBDA multa.
      Il-libelli sħabek tas-Super One għandhom ħabta jitilfuhom. Issa kompli mmedita…

      Delete
    2. Ma tridx tghid li kont parzjali fil programm misluf li kont tiprezenta Hux ?
      Mela il poplu hsibtu iblah ?
      Ftakar Li Dan il gvern qallek li tista ma taqbilx Maghna izda tista tahdem maghna .
      Min seraq ir recordings dwar l incident tax xuffier ta Mallia ghamel reat Kriminali ghax Dawk huma provi misruqa mil kwartjieri Tal pulizija.
      Nittama li jinstab min huwa hati ta Dan ir reat .

      Delete
    3. MELA QED TAMMETTU LI HALLA LIN NAZZJONALISTI JAHDMU . MHUX KIF ILKHOM TIGHDU LI NEHHEW LIN NAZZJONALISTI BIEX DAHLU IL LABURISTI . ARA VERU SKOND KIF JAQBLILKHOM TITKELMU

      Delete
  3. Marlene Spiteri tridom inehhu lil Lou Bondi. Ghada anqas indunat li Lou bidel il-program li kellu ma job bomba ma Muscat!!!

    ReplyDelete
  4. The more vindication that they plan to do, the more less votes they will be getting, as if they are forgetting that a good majority of voters towards labor in the last election were those that where fed up or hurt, but they might be one of the many from these that those writers had suggested to tell Owen to do a sweep clean of these persons.

    But time will reveal the truth of what I had just wrote. But it is enough to hear lots of hard labor supporters that we all know that they had soft spot for labor but are regularly phoning to complain about the many injustice and irregularities that are happening, such as transfer of innocent workers, whom if they had voted labor they will not be doing so in the next election.

    So beware Owen as the knife has to sides and it can ruin the majority of labor if these vindication are to take place !!!

    ReplyDelete
  5. Insejtuh zmienkom sur vella 25 sena tv pn flokk tv malta .skond id daqqa iz ziffna habib.sahha

    ReplyDelete
    Replies
    1. OK Siehbi.....Komplu hawdu il-borma, koplu tahtfu kemm tistaw, imma sakem tasal l'elezjoni ohra, ghax il-poplu beda jiftah ghajnu wahda sewwa...mela mhux hekk qal ex-kumissarju....OK Siehbi..

      Delete
    2. U Zmienkom insejtuh meta Mintoff tela fil-gvern xandir malta sar kollu labour. Nispera li tiftakar .

      Delete
  6. Gibuhom berah dawn il-kummenti Norman!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Tghid mhux ha jaqa il gvern ! Jista jgibom Ghax min qed jghamel il hsara haqqu ! Jien nahdem Mal privat u jekk nghamel il hsara ukoll nitkecca mix xoghol !

      Delete
  7. qatt ma jinbidlu dawn il.................... al gol but biss u vendikazzjonijiet
    qatt ma tista tafdom

    ReplyDelete
  8. MELA LAQTEK FIL LAHAM IL HAJ IL KUMMENT TIEGHI . GHAX MA GIBTUX .

    ReplyDelete
  9. Ara Norman! Skoprew il-blog tieghek! Issa daqt jibghatu lil Eddy Privitera u l-bella compania biex ifakkruk fil-"hnizrijiet" u l-"pastazati ta' zmien GONZIPN"

    ReplyDelete
  10. Il-poplu Malti ħaqqu Gvern bħal dan, għax il-poplu ma jridx is-sewwa, il-ġustizzja, id-demokrazija imma li jisserva. Tal-biki dan il-pajjiz. Li dawn il-laburisti infakkarhom li Joseph weghdna tmexxija gdida u gusta. Dak li kien hazin ma jsirx tajjeb u minhabba f'hekk illum nghali li vvutajt lejbor, u l-vot tieghi ha jerga jmur PN ghax missirijietna sewwa qalu; "Il-hanzir taqtalu denbu hanzir jibqa". Gharukaza

    ReplyDelete