Thursday, December 11, 2014

L-isbaħ gowl: Prosit Andrea Cassar

L-isbaħ gowl tas-sena għamlu l-goalkeeper żagħżugħ Andrea Cassar.

Il-goalkeeper Ħamruniż mhux biss kien kapaċi jagħraf it-tajjeb mill-ħażin, iżda kien kapaċi wkoll jissielet għalih minkejja t-tbatija u s-sagrifiċċji li din il-ġlieda għas-sewwa ġabet magħha.

Quddiem opportunita ta' korruzzjoni Andrea mhux talli rrifjuta li jkun kompliċi, iżda ħa azzjoni u tkellem.

Andrea m'għażilx it-triq il-faċli tas-silenzju. Minflok għażel li jkun whistleblower.

Kien jaf li bil-ġlieda li kien se jagħmel għas-sewwa kien se jitlef żgħożitu u kien qed jissogra wkoll il-karriera fil-futbol. Iżda Andrea għamel kuraġġ u għażel it-triq tal-irġulija.

Minjaf kemm kien hemm min tah parir ikompli b'ħajtu u ma jagħtix kaz. Minjaf kemm kien hemm min qallu ma jindaħalx fejn ma jesgħux. Minjaf kemm kien hemm min qallu li hu ċuċ u baħnan. Iżda Andrea ma tax kaz u ġab ruħu ta' eroj, ta' eżempju għal ħafna żgħażagħ u tfal u wkoll għal ħafna adulti.

Prosit tassew Andrea.


Biex taqra dwar il-kaz li kixef Cassar ikklikkja HAWN.

1 comment:

  1. Aqra aktar dwar il-kaz li kixef Cassar hawn: http://www.timesofmalta.com/articles/view/20141211/football/Life-bans-for-Fenech-Grima.547749

    ReplyDelete