Din it-tabella turi l-prezz taż-żejt minn Settembru 2010 sal-lum
Sors:Nasdaq
Tuesday, October 21, 2014
Monday, October 20, 2014
Smajna ħażin
Ovvjament il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jgħid il-verità. Konna aħna, il-poplu Malti kollu u kull min jifhem bil-Malti, li smajna ħażin.
Joseph Muscat għandu jraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel minnufih
B’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tisma’ u qed tieħu azzjoni.
Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista:
Il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu minnufih iraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel fid-dawl tal-fatt li l-prezz internazzjonali taż-żejt qiegħed dejjem nieżel u issa laħaq l-aktar livelli baxxi fl-aħħar 4 snin.
Hija ħasra li l-familji Maltin u Għawdxin qed jispiċċaw iħallsu prezzijiet ferm ogħla minn dawk li għandhom ikunu.
Dan qalu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco f'konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata wkoll mill-Kelliem għall-Finanzi Tonio Fenech u mill-Kelliem għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma George Pullicino.
Mario de Marco irrefera wkoll għall-fatt li dan kollu jħalli impatt fuq l-ekonomija u l-finanzi tal-Gvern Malti. Hu rrefera għall-istatistika li ħarġet il-ġimgħa li għaddiet li poġġiet lil Malta l-agħar fl-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-industrija kif ukoll l-esportazzjoni u l-importazzjoni.
Din l-istess statistika turi li l-kompetittivita' ta' pajjiżna qed tonqos u ħafna drabi, l-prezz tal-petrol u d-diesel ikollu effettu fuq il-kompetittivita' tal-pajjiż. Għaldaqstant, fl-isfond ta' dan kollu, l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel dan l-appell biex il-Prim Ministru jraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel minnufih.

Sunday, October 19, 2014
Mozzjoni biex jorħsu l-petrol u d-diesel
Nipproponi lill-grupp Parlamentari
tal-Oppożizzjoni jressaq mozzjoni fil-Parlament li fiha jeżiġi
li l-Gvern iraħħas b’effett immedjat il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel biex dawn
ikunu jirriflettu tassew il-prezz internazzjonali
taż-żejt li fl-aħħar ġimgħat raħas drastikament
tant li llum huwa l-irħas fl-aħħar erbgħa snin.
Bl-iskuża ta’ stabbilita` fil-prezzijiet il-Gvern rabat il-prezzijiet bl-għoli sa Diċembru u qed
jagħmel profitt sproporzjonat u inġust fuq il-konsumatur Malti.
Nemmen li l-Oppożizzjoni
m’għandiex tħalli lill-Gvern ikompli jgħaddi n-nies biż-żmien billi jbiegħ lilu
nnifsu bħala Gvern li qed iħalli iktar flus fil-but, meta huwa ċar li qed jieħu
bil-goff mill-but l-ieħor.
Ġenjali
Idea brillanti u oriġinali tal-Ministru Konrad Mizzi.
Prosit tassew.
Biex tkun suċċessun bħal ma hu kull ma jmiss miegħu dan il-Ministru, nipproponi t-tqassim ta' arloġġ bl-alarm f'kull dar. Ma rridx nieħu merti li ma jistħoqqlix, allura nistqarr mill-ewwel li din tal-arloġġi mhix idea ġenjali tiegħi imma ħareġ biha l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni.
Kemm huma bravi dawn in-nies!

Saturday, October 18, 2014
Bye Bye Marsa Cancer Factory
L-għeluq tal-power station tal-Marsa hija aħbar tajba ħafna. Kif jista’ jara kulħadd din il-power station se tingħalaq ferm qabel ma tibda taħdem il-power station il-ġdida ta’ Konrad Mizzi u Joseph Muscat.
Dan ifisser li l-għeluq ta’ din il-power station mhuwiex frott ta’ xi proġett imwettaq minn dan il-Gvern.
Huwa evidenti li permezz tal-proġetti ta’ Gvern Nazzjonalista – il-power station il-ġdida f’Delimara u l-interconnector bejn Malta u Sqallija – pajjiżna mhux se jkollu iktar bżonn tal-power station tal-Marsa u se jkun jista’ jagħlaqha darba għal dejjem.
Friday, October 17, 2014
Selfies Ċiniżi f'Malta
Il-filmati li rajna taż-żjara taċ-Ċiniżi fil-power stations ta’ Delimara
u l-Marsa ma nġibdux minn ġurnalisti, iżda minn nies imqabbda
mill-Gvern. Il-ġurnalisti Maltin ma kienux mistednin għal din iż-żjara.
Il-kummenti tal-Ministru Konrad Mizzi wkoll kienu ffilmjati b’dan il-mod. L-ebda ġurnalist ma kien mistieden jagħmel mistoqsijiet lill-Ministru.
Nifhem li f’ċertu pajjiżi huwa normali li l-affarijiet isiru b’dan il-mod, imma Malta mhux wieħed minn dawn il-pajjiżi u m’għandix dubju li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin ma jridux bidla f’din id-direzzjoni.

Wednesday, October 15, 2014
Serq fil-wiċċ
Illum li l-prezz internazzjonali taż-żejt jinsab fl-istess livelli tal-2010, int u jien qed inħallsu 25ċ iktar fuq kull litru petrol u 28ċ iktar fuq kull litru diesel minn dakinhar (kif jidher f’dawn il-press releases tal-Enemalta). Dan grazzi għal kif Joseph Muscat u Konrad Mizzi rabtu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel sal-aħħar tas-sena.
Dan mhux għajr serq fil-wiċċ.
Imbagħad tisma’ lill-Prim Ministru jgħid li mhux qed idaħħal taxxi ġodda biex jagħmel tajjeb għar-roħs tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma!
Tuesday, October 14, 2014
Monday, October 13, 2014
Opinjonista indipendenti jaħdem Kastilja
Dalgħodu fuq TVAM, is-sieħba ta’ kandidat Laburista tintroduċi kandidat Laburista ieħor (li jaħdem fl-Uffiċju tal-Prim Ministru) bħala opinjonista u miegħu (waħdu) tiddiskuti l-falliment tal-Gvern li jżomm mal-wegħda li l-proġett tal-power station il-ġdida jkun lest sa Marzu li ġej.
Tal-mistħija kif spiċċa TVM.
Sunday, October 12, 2014
Tuesday, October 7, 2014
Nofs Lira fil-ġimgħa
Dalgħodu l-gazzetta Times of Malta
tiżvela li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja li l-Gvern mistenni jħabbar
fil-Budget li ġej se tkun ta’ €1.16 (nofs Lira tal-munita l-antika)
fil-ġimgħa. Jekk din l-aħbar tkun konfermata, din tkun l-iktar żieda
baxxa li niftakar.
Sunday, October 5, 2014
Paniku fil-Port Ħieles
Kull kumment ieħor ikun superfluwu.
Thursday, October 2, 2014
“Smajt lil Silvio Scerri jordna t-tneħħija ta’ Norman Vella mill-PBS” – John Bundy
Minn maltarightnow.com
John Bundy ikkonferma bil-ġurament fil-Qorti li sema’ liċ-Chief of Staff fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Silvio Scerri jordna t-tneħħija ta’ Norman Vella mill-PBS. John Bundy kien qed jixhed quddiem il-Kummissjoni għall-Impjiegi f’kawża li l-eks preżentatur ta’ TVHemm fetaħ kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar. Fil-kawża, Vella qed jgħid li r-raġuni għat-tneħħija tiegħu mill-PBS kienet waħda politika.

Subscribe to:
Posts (Atom)