Il-filmati li rajna taż-żjara taċ-Ċiniżi fil-power stations ta’ Delimara
u l-Marsa ma nġibdux minn ġurnalisti, iżda minn nies imqabbda
mill-Gvern. Il-ġurnalisti Maltin ma kienux mistednin għal din iż-żjara.
Il-kummenti tal-Ministru Konrad Mizzi
wkoll kienu ffilmjati b’dan il-mod. L-ebda ġurnalist ma kien mistieden
jagħmel mistoqsijiet lill-Ministru.
Nifhem li f’ċertu pajjiżi huwa
normali li l-affarijiet isiru b’dan il-mod, imma Malta mhux wieħed minn
dawn il-pajjiżi u m’għandix dubju li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin ma
jridux bidla f’din id-direzzjoni.
No comments:
Post a Comment