Jekk int għandek tifel jew tifla li waslu biex jagħmlu l-O-levels tista’
taqbad dawk il-ftit Ewro li kont mingħalik li frankajt mill-kont tad-dawl u
l-ilma u twarrabhom biex tagħtihom lura lill-Gvern ta’ Joseph Muscat li għadu
kif għolla l-eżamijiet kollha.
Qabel tkompli taqra’ nissuġġerilek tpoġġi bilqiegħda.
Jekk per eżempju t-tifla bi ħsiebha tagħmel 10 eżamijiet, dawn se jiġuk
€73.55 aktar minn kemm kienu jiġuk kieku għamlithom is-sena l-oħra. Dan
il-għaliex kull eżami għollewh b’€7.02 u dik li tissejjaħ Registration Fee għollewha
bi €3.35 oħra.
Il-kont se jiġik €225.
U bilħaqq, jekk fost is-suġġetti li qed tistudja t-tifla hemm minn dawk
li għandom eżami prattiku, bħall-Kimika u l-Bijoloġija, trid tħallas €10 oħra
għal kull eżami.
Għollew ukoll drastikament l-A-levels u l-Intermediate imma għal dawk
baqgħalek sentejn iġġemma.
Aħjar ma ntikx ħafna qtajja f’daqqa u għal-lum nieqaf
hawn.
Prosit tal blog. Ghadni nistageb sal-lum- ma' nafx ghaliex il-poplu pprefera lil Muscat minflok lil Lawrence Gonzi. Is- CET kissret lil Sant, u l-power station se tkisser lil Muscat. Ghandna tifel prim ministru.
ReplyDeletePovru Malti haddiem. Qiesu ma' jitghallem qat.
Sant nehha l-istipendji u Muscat gholla l-ezamijiet. Qatt ma hamluhom l-istudenti.
ReplyDelete