Thursday, October 23, 2014

€1115 fil-ġimgħa - Imħallas iktar minn Ministru

Jekk hemm Deputat tal-Gvern li għandi grazzja miegħu dan huwa Carmelo Abela taż-Żejtun.

Meta l-Labour kien fl-Oppożizzjoni dan Carmelo kien jaħdem il-Bank. Fl-aħħar tax-xahar kien idaħħal il-paga tal-Bank u l-onorarja tal-Parlament. Jidhirli li kien idaħħal xi ħaġa oħra wkoll għax kien Deputat Speaker. 

Dak iż-żmien Carmelo kien parti mill-kor ta’ dawk li tgħidx kemm tkażaw li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari bdew jieħdu l-onorarja tal-Parlament (il-famużi €500) apparti l-paga.

Għadda ż-żmien u l-partit ta’ Carmelo rebaħ il-Gvern. Carmelo ma sarx Ministru jew Segretarju Parlamentari. Kieku kien ikollu jħalli l-impjieg mal-Bank. Kieku kien ikollu paga ta’ Ministru jew Segretarju Parlamentari. Kieku l-onorarja tal-Parlament kien ikollu jinsiha.

Minflok Ministru, ftit tax-xhur ilu Carmelo ngħata kariga li qatt m’eżistiet qabel f’Kastilja: sar il-Kelliemi għall-Gvern. Għax xogħol ta’ Kelliemi għall-Gvern Carmelo qed jitħallas €30,000 fis-sena (€577 fil-ġimgħa). U bħala Kelliemi għall-Gvern Carmelo m’għandux għalfejn jirrinunzja għall-onorarja Parlamentari ta’ €28,000 fis-sena (€538 fil-ġimgħa). B'kollox Carmelo illum qed idaħħal €58,000 fis-sena (€1115 fil-ġimgħa).

F’sena Carmelo Abela se jkun qed idaħħal madwar €14,000 iktar minn kemm kienu qed idaħħlu l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ta’ Lawrence Gonzi. 
Fuq il-venda qaluli li kull filgħodu x'ħin jasal Kastilja, l-ewwel ħaġa li jagħmel Carmelo Abela dejjem tkun li jirringrazzja lil Muscat talli s’issa għadu ma fettillux jagħmlu Ministru.

3 comments:

  1. Jiena smajt illi L-HSBC, fejn jaħdem l-Onor. C. Abela, għandhom regola li impjegat meta jiġi elett fil-parlament, it-tielet darba jkollu jirriżenja. Għalhekk ivvintawlu job fejn ikun jista jagħmel propoganda għall-(mhux Malta) Labour Party kemm irid bi flusna. B'hekk jinqeda hu, jiqeda l-PL u nħallsu aħna.

    ReplyDelete
  2. Kif ma jisthux. Ghalina 58 cents fil-gimgha u huma jiffangaw.

    ReplyDelete
  3. Nispera li miskin johoda iz zieda ta 58 centezmu, ma rriduhx li jaqa f'debbolizza.

    ReplyDelete