Arrest mingħajr ebda suspett raġjonevoli.
Arrest li ġie ftit ġranet biss wara li ftaħt kawża għal diskriminazzjoni politika kontra l-Prim Ministru u l-Kap taċ-Ċivil.
Arrest li seħħ ftit minuti wara li fl-ajruport iltqajt mal-Kap
tal-Komunikazzjoni tal-Gvern u mal-kollega tiegħu
fil-Ministeru tal-Intern.
Arrest li matulu uffiċjal għoli tal-Ministeru nqabad jindaga u jindaħal mal-pulizija x’kien qed jiġri.
Arrest li matulu xi uffiċjal iktar għoli tal-Gvern kien qed jgħid lill-ġurnali li jien kont ammettejt xi ħtija mal-pulizija.

Arrest bl-akkuża li ħadt ritratt li qatt ħadd ma ra għax qatt m’eżista
lil uffiċjali pubbliċi f’post pubbliku.
Fi tlett ijiem il-Qorti iddeċidiet li jien kelli raġun. Is-sentenza
tal-Qorti poġġejtha f’envelope u ħadtha b’idejja Kastilja, għand il-Prim
Ministru.
Għaddiet sena u għadu ħadd ma kellu l-kuraġġ jammetti li kien hu jew hi
li għamel ir-rapport biex iseħħ dan l-arrest.
Għaddiet sena u ħadd għadu ma ġarr ir-responsabbiltà għal dak li ġara. Għaddiet sena u l-Prim Ministru għadu ma rrispondinix għal dik is-sentenza li bgħatlu.
Għaddiet sena u ħadd għadu ma ġarr ir-responsabbiltà għal dak li ġara. Għaddiet sena u l-Prim Ministru għadu ma rrispondinix għal dik is-sentenza li bgħatlu.
L-inqas ħaġa li nistenna li kellu jagħmel hija sempliċi apoloġija.
Ħeqq, dak għax ma jismekx Cyrus. Kieku qiegħed fi trieqtek lejn Brussels.
ReplyDeleteIs-sewwa jirbah zgur Norman.
ReplyDelete