Tuesday, October 21, 2014

Cremona m'għallimx tgħajjir

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u s-Sindku Laburista ta’ Ħaż Żebbuġ, Alfred Grixti, fuq Facebook infexx jgħajjar lil xi saċerdoti li skontu lanqas jixirqilhom jissejħu hekk, “żibel”. (ara l-istatus ta' Alfred Grixti hawn taħt)

Fuq il-konġetturi ta’ Grixti mhux ta’ min jaħli ħin. Kien l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona nnifsu, li Grixti jippretendi li qed jiddefendi, li fisser ir-riżenja tiegħu bħala deċiżjoni tajba li ħa għall-ġid tal-Knisja Maltija.

Ma nifhimx kif tista’ tiddubita l-kliem ta’ persuna li qed taħlef li għandek fiduċja għamja fiha. Dan dejjem jekk ma jkollokx skopijiet ulterjuri.
Min ġenwinament iqis lil Mons Cremona bħala r-ragħaj tiegħu jagħmel bħal ma jagħmlu n-nagħaġ u jimxi warajh, fuq l-eżempju tiegħu.
L-istil u l-karattru ta’ Mons Cremona qatt ma kien it-tgħajjir, l-istqarrijiet goffi u l-istigazzjoni għall-firda, iżda mħabba, ħafna mħabba u iktar imħabba f’kull kelma li jlissen u f’kull ħaġa li jagħmel.
Jidher li Grixti u oħrajn bħalu ma tgħallmu xejn mingħand Cremona. 

1 comment:

  1. Imissu jisthi Alfred Grixti. Dan surmast tal-iskola ghal giehna. Hekk jghallimhom lit-tfal?

    ReplyDelete