Wednesday, October 22, 2014

Serraħ moħħok: Se tiżdied iktar minn 58ċ fil-ġimgħa

Irrid inserraħ moħħ lil dawk li llum ippanikjaw x’ħin semgħu jew qraw li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta’ 58 ċenteżmu fil-ġimgħa biss. Jien m’għandix dubju li ż-żieda se tkun iktar minn hekk.


Nazzarda nbassar li fil-Budget se titħabbar żieda li tkun madwar id-doppju. Ngħiduha kif inhi, anke d-doppju tkun ftit. Qed nitkellmu fuq nofs lira (€1.16) fil-ġimgħa, f’ġieħ kemm hemm!

In-nies qed jistennew ferm iktar minn dan il-Gvern li mill-Oppożizzjoni ta l-impressjoni li se jagħmilna lkoll sinjuri żgħar. U l-magna tal-propaganda tal-Gvern dan tafu u tafu sewwa.
Allura s-suspett tiegħi huwa li xi ħadd minn Kastilja dalgħodu żerżaq din l-aħbar lit-Times. Dan ikun sar biex mil-lum sal-Budget kulħadd idaħħalha f’moħħu li m’għandux ċans għal żieda ta’ iktar minn ħames xelini tal-munita l-antika fil-ġimgħa. Imbagħad dakinhar tal-Budget, live fuq ix-xandir nazzjonali, titħabbar żieda straordinarja ta’ xi Ewro u ftit iktar u kulħadd jibda jrodd ħajr lil Muscat u sħabu ta’ kemm ħasbu fina.
Iż-żmien jagħtina parir. Bilħaqq, għadkom tiftakruha l-living wage?

5 comments:

  1. Naqbel mieghek, hekk qed nara' jien ukoll.

    ReplyDelete
  2. 'Kun pozittiv' Norman. Għalkemm forsi lanqas żieda li ħadna, €1.16 jew 58ċ mhux dejjem aħjar mix-xejn!?!?!..jew aħjar:..tkunx qishek l-Oriżżont fi żmien Gonzi?

    ReplyDelete
  3. Il-poplu Malti ma' ghandux iggerger ghaz zieda mizzerja ghax wara kollox hu baghat lil Muscat f' Castillja.

    ReplyDelete
  4. Norman, ghidlina inti allura kemm suppost tkun iz-zieda. Il-cola, sa fejn naf jien ghadha tinhadem bl-istess mekkanizmu ta meta inti kont tpappiha tajjeb fi zmien Gonzi,

    ReplyDelete
    Replies
    1. Xi tfisser "tpappiha tajjeb" ghalik Sur Farrugia? Fi żmien Gonzi (qed nuża kliemek) jien kont immur għax-xogħol u fl-aħħar tax-xahar kont indaħħal paga bħal kull ħaddiem ieħor f'Malta. U biex ngħidlek għamilt ħafna xogħol b'xejn ukoll biex tajt prova ta' dak li kont kapaċi nagħmel. Meta ingħatajt ir-rwol ta' preżentatur kont nieħu allowance li kien jieħu kull preżentatur tal-PBS u peress illi kienet l-ewwel esperjenza tiegħi jien ingħatajt l-iktar allowance baxxa. Tajjeb tkun taf li min illum qed jippreżenta fil-ħin li kont nippreżenta jien għandu allowance ta' mill-inqas 3 darbiet iktar. Dawn qed "ippappuha tajjeb" żgur Sur Farrugia! U bilħaqq, fi żmien Gonzi għamilt 5 snin nitħallas mis-settur privat u llum qed nitħallas mit-taxxi tiegħek. U ma rridx ninsa ngħidlek li qed naħdem ħafna u ħafna inqas!

      Delete