Nafu li l-ħaddiema Maltin li jagħmlu dan ix-xogħol ma jitħallsux bil-wisq
iktar mill-paga minima. Għalija hija ovvja li biex toqgħod tieħu battikata ġġib
in-nies miċ-Ċina u minn pajjiżi oħra mbegħdin (u fqar) biex jagħmlu dan
ix-xogħol, sinjal li tkun se tħallashom inqas (ħafna inqas) għal iktar xogħol.
U jekk dan hu ovvju għalija, possibbli mhux ovvju wkoll għal dawk li
kienu jafu bil-ħaddiema Ażjatiċi tal-Leisure Clothing?
Possibbli ma kienx ovvju għal min ħarġilhom u ġeddilhom il-permessi tax-xogħol għal sena wara oħra?
Possibbli ma kienx ovvju għall-uffiċjali tal-GWU li tant għandhom esperjenza f’dan il-qasam u li mal-Leisure Clothing iffirmaw ftehim kollettiv wara ieħor?

Jewilla, dawn qed jaħsbuna kollha boloh?
Ukoll, possibbli meta nħarġu l-permessi tax-xogħol lil dawn il-ħaddiema
Ażjatiċi ma kienx hawn Maltin li riedu jmorru jaħdmu f’din il-fabbrika? Min
ħareġ dawn il-permessi kien obbligat bil-liġi li jara jekk kienx hawn Maltin
lesti jaħdmu mal-Leisure Clothing qabel ta l-barka tiegħu għall-importazzjoni
ta’ dawn il-ħaddiema.
Wisq nibża’ li dan l-eżerċizzju ma sarx jew ma sarx sewwa
u nittama li min qed jinvestiga jirnexxielu jiskopri jekk dan sarx apposta u jekk
għaddewx il-flus biex inħarġu dawn il-permessi tax-xogħol li ssarfu f'permessi ta' skjavitu moderna.
No comments:
Post a Comment