Monday, October 27, 2014
Grazzi
Meta
tkun fis-sitwazzjoni li kont fiha jien bħal-lum sena, akkużat u mżeblah
mingħajr ebda ħtija, l-iktar ħaġa li jkollok bżonn hija nies illi jemmnu
fik. Nies li minkejja li ma kienux il-ħin kollu miegħek jemmnu dak
kollu li qed tgħid għax għandhom fiduċja fik. Nies li biex jiddefenduk
ikunu lesti jidħlu fin-nar miegħek. L-appoġġ mingħajr kundizzjoni li
tawni dawn in-nies ma jien se ninsieh qatt. Mingħajrhom kont nikkrolla.
Kieku tħallejt nissielet waħdi minjaf x’kien isir minni, minjaf fejn
jien illum. Għalhekk illejla l-aħħar ħsieb tiegħi rridu jkun
ringrazzjament għalihom. Grazzi.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Sur Vella tini fejn nista nikkontatjak please.
ReplyDelete