L-electoral fatigue li skont il-Prim Ministru tant kienet ħakmet lill-poplu ta' dawn il-gżejjer li minħabba fiha kien se jkollu jħassar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, issa għaddiet.
Jidher li tant irkuprajna tajjeb minn din l-electoral fatigue li llejla l-Prim Ministru ħolom li jagħmlilna Referendum fuq il-bridge bejn Malta u Għawdex.
Kull min għandu għajnejh f'wiċċu qed jinduna li dan mhux għajr tentattiv iddisprat tal-Prim Ministru biex jaljena lin-nies mill-problemi kbar li għandu fil-Kabinett tal-Ministri.
Ikklikkja hawn għar-rapport sħiħ ta' TIMESOFMALTA.COM
Thursday, November 27, 2014
Tuesday, November 25, 2014
Silvio Scerri jiddiskuti l-programmi ta’ TVM mal-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard
Minn MALTARIGHTNOW.COM
Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard qal fil-Qorti li ċ-Chief of Staff fil-Ministeru tal-Intern Silvio Scerri spiss ikellmu u jiddiskuti miegħu dwar il-preżentaturi u l-programmi li jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Anton Attard qal fi żmien Gvern Nazzjonalista qatt ma kien jiddiskuti l-programmi maċ-Chief of Staff tal-Ministru responsabbli mix-xandir. Huwa ġġustifika dawn id-diskussjonijiet billi qal li Scerri “jifhem fil-medium”.
Attard kien qed jixhed quddiem il-Kummissjoni għall-Impjiegi fil-kawża tal-eks preżentatur ta’ TVHemm Norman Vella kontra l-Prim Ministru u l-Kap tac-Civil. Fil-kawża Vella qed jallega li t-tneħħija tiegħu mill-PBS kienet deċizjoni politika.
Fix-xhieda tiegħu Attard qal li f’Mejju 2013 is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ Manwel Mallia kitiblu biex jistaqsieh meta kienet se tispiċċa l-iskeda ta’ TVHemm. Ftit ġranet wara, l-istess Segretarju Permanenti talab lill-Kap taċ-Ċivil ineħħi lil Norman Vella mill-PBS għax qal li kien hemm bżonnu fid-Dipartiment tal-Immigrazzjoni fl-ajruport.

Monday, November 24, 2014
JPO qed iqarraq
Araw ftit x'qed jgħid
Jeffrey Pullicino Orlando lill-ħbieb tiegħu fuq Facebook.
Dawk li qed
jagħmlulu LIKE tajjeb ikunu jafu li JPO qed iqarraq bihom.
Il-fatti huma li
l-iskandlu tax-xiri taż-żejt inkixef f'Jannar 2013, waqt l-aħħar kampanja
elettorali, meta Austin Gatt ma kienx għadu Ministru u ma kienx lanqas kandidat. Għaldaqstant ma kellux kariga politika minn xiex jirriżenja.
Fatt ieħor huwa li
qabel inkixef dan l-iskandlu Tancred Tabone ma kienx biss "il-kuġin ta'
Austin Gatt" imma kien rispettat minn kulħadd, tant li kien
saħansitra nħatar President tal-Kamra tal-Kummerċ.
Anke Joseph Muscat kien
jirrispetta lil Tabone. Kif jidher f'dawn ir-ritratti Muscat ma kien jiddejjaq
xejn jiltaqa' miegħu, minkejja li kien "il-kuġin ta' Austin Gatt".
Dawn ir-ritratti ttieħdu ferm wara li Tancred Tabone spiċċa minn Chairman
tal-Enemalta fl-2005.
Kompetizzjoni bla premju
Min qal dan
il-kliem?
"Where is the transparency in the way
certain people in office perform their public duties? We now have a system
where nobody is accountable for anything, and to add insult to injury - and
this is becoming more obvious - that such persons who were or are not acting
correctly in their public lives, are defended by the higher posts."
Għat-tweġiba ikklikkja HAWN.
Sunday, November 23, 2014
Joseph Muscat ineħħi l-Ministru tal-Intern
Kien it-30 ta’ Mejju ta’ sentejn ilu.
L-Oppożizzjoni pożittiva mmexxija minn Joseph Muscat ressqet vot ta’ sfiduċja
fil-Ministru tal-Intern ta’ dak iż-żmien, Carm Mifsud Bonnici.
Il-mozzjoni għaddiet, kif kien mistenni, bi
Franco Debono jivvota mal-Labour biex itir il-Ministru.
Il-mozzjoni għaddiet, kif kien mistenni, bi
Franco Debono jivvota mal-Labour biex itir il-Ministru.
Dakinhar Muscat ma ddejjaq xejn ikun prosekutur,
ġurat u ġudikant. Dakinhar ma saqsiex għall-parir ta’ xi mħallef bil-pensjoni.
U bejn l-argumenti (jew l-iskużi) li nġiebu
dakinhar biex jitneħħa Mifsud Bonnici u l-istejjer tal-Ministru tal-Intern
tal-lum hemm jaqsam baħar daqs il-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex bil-bridge
taċ-Ċiniżi b’kollox.
Terremot fil-Kabinett tal-Ministri
Il-Prim Ministru mhux daqshekk ċuċ li ma jafx li
l-pożizzjoni tal-Ministru Manuel Mallia m’għadhiex tenibbli.
Biżżejjed ngħid li fil-ġranet u fil-ġimgħat
li ġejjin fil-Qrati se nkunu qed nisimgħu ħafna dwar x’ħawwdu fil-borma ta’ żewġ
kuntratti miljunarji l-Ministri Chris Cardona (liċenzja għal casino) u Joe Mizzi (trasport
pubbliku).
U biex tkompli tgħaxxaqha, bħal-lum ġimgħa
jaħbat l-aħħar jum ta’ Novembru - id-deadline li ntrabat bih il-Ministru Konrad
Mizzi biex jgħidilna x’se jkun qed jiġri mill-proġett tal-power station tal-gass
li diġà’ ta majnata tajba lill-kredibbiltà tal-Gvern ta’ Muscat.
Hello... għadni kif sparajt xi żewġ tiri
Ir-raġel fiċ-ċirku aħmar għadu kemm spara tiri
lejn karozza li fiha kien hemm persuna. Minflok arrestaw lilu, il-Pulizija
arrestaw lil dak li kien fil-karozza li qalgħet it-tiri.
Lil dan li spara m'arrestawhx. Ħallewh fil-libertà
jagħmel li jrid. Jista' jkun li lanqas l-arma ma ħadulu. Saħansitra ħallewh
iċempel lil min irid. Sal-lum għadna ma nafux ma' min tkellem dan ir-raġel
f'dak il-ħin. Iżda nafu li ftit sigħat wara, il-verżjoni tiegħu ta' kif ġraw
l-affarijiet (gidba) saret il-verżjoni uffiċjali tal-Ministeru tal-Intern u
ġiet ippubblikata bħala stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Dan ir-raġel huwa persuna ta' fiduċja
tal-Ministru tal-Intern, huwa x-xufier u s-security tiegħu u huwa wkoll
Kuntistabbli tal-Pulizija. Fil-ħin li spara, kien qiegħed bil-karozza
tal-Ministru.
Il-Prim Ministru tagħna qed jgħid li għandu
bżonn inkjesta minn 3 maġistrati rtirati biex jiddeċiedi jekk għandiex tinġarr ir-responsabbiltà
politika għal dan il-każ.
Niftakar żmien meta dan l-istess Prim Ministru
ma kien jistenna l-ebda maġistrat biex jiddeċiedi x’inhu u x’mhuwiex skandlu u
min għandu jirreżenja jew jitneħħa. Imma dak iż-żmien Joseph Muscat ma kienx għadu
sar Prim Ministru.
PS: Anzi m'arrestawx lil min ġibed dan
ir-ritratt ukoll!
Subscribe to:
Posts (Atom)