Monday, November 24, 2014

JPO qed iqarraq

Araw ftit x'qed jgħid Jeffrey Pullicino Orlando lill-ħbieb tiegħu fuq Facebook.
 

Dawk li qed jagħmlulu LIKE tajjeb ikunu jafu li JPO qed iqarraq bihom.

Il-fatti huma li l-iskandlu tax-xiri taż-żejt inkixef f'Jannar 2013, waqt l-aħħar kampanja elettorali, meta Austin Gatt ma kienx għadu Ministru u ma kienx lanqas kandidat. Għaldaqstant ma kellux kariga politika minn xiex jirriżenja.

Fatt ieħor huwa li qabel inkixef dan l-iskandlu Tancred Tabone ma kienx biss "il-kuġin ta' Austin Gatt" imma kien rispettat minn kulħadd, tant li kien saħansitra nħatar President tal-Kamra tal-Kummerċ.

Anke Joseph Muscat kien jirrispetta lil Tabone. Kif jidher f'dawn ir-ritratti Muscat ma kien jiddejjaq xejn jiltaqa' miegħu, minkejja li kien "il-kuġin ta' Austin Gatt". Dawn ir-ritratti ttieħdu ferm wara li Tancred Tabone spiċċa minn Chairman tal-Enemalta fl-2005.




5 comments:

  1. Fl-ahhar elezzjoni l-MLP ghamlu xalata bl-iskandlu taz-zejt u fl-elezzjoni ta' qabilha ghamlu xalata bl-iskandlu tal-Mistra. Tiftakar kemm bkejt Pulicino Orlando?

    ReplyDelete
    Replies
    1. U ħalef fuq uliedu li ma'kienx jaf bl-iskandlu. Mhux ta b'xejn ma ħax minister.

      Delete
  2. Biex tiskongra trid tkun pur . Ara veru Il likes ma jiswewx flus

    ReplyDelete
  3. tieghek kien vera skandlu tal-mistra ja liar u guda shame on you

    ReplyDelete
  4. Ta' min ikun jaf ukoll, li, meta kitbu fuq li kitbu dwar l-'arroganza' ta' l-Onorevoli Gatt ħadd ma kien jobsor li ministri laburisti se jagħmlu ħafna għar minn dak li ntqal fuqu. Wara li falla l-attentat ta' Evarist & Co. biex joħolqu skandlu bl-għażla tal-B.W.S.C. daru biex jimplikaw lil A.G. fl-iskandlu tax-xiri taż-żejt. It-Torċa, l-Kulħadd, Saviour Balzan flimkien mal-parlamentari laburisti tgħidx x'ma nsinwawx. Iżda fil-Kumitat tal-Kamra għalkemm issikkaw kemm felħu ma setgħux isibu mqar wieħed li jitfa dell fuqu.

    ReplyDelete