“L-Oppożizzjoni tinsab f'pożizzjoni li tikkritika lill-Gvern minħabba li hi kienet responsabbli mill-iżbalji li saru qabel fi żmienha?” kompliet tistaqsini.
Weġibna għal dawn il-mistoqsijiet jiena,
Carmel Cacopardo, Peppi Azzopardi u Simone Cini.
Din hija t-tweġiba tiegħi li kienet ippubblikata fil-ħarġa tal-lum:
Din hija t-tweġiba tiegħi li kienet ippubblikata fil-ħarġa tal-lum:
L-ewwel darba li missieri qabadni npejjep
sigarett tani ċamata. Is-sigarett li qabadni bih kont ħadtu mill-pakkett
tiegħu. Hu kien ipejjep ferm iktar minni. Ir-risposta tiegħi għall-paniġierku
li għamilli kienet sentenza waħda, “biex tiskonġra trid tkun pur”.
Meta ħafna snin wara rnexxieli nieqaf inpejjep
il-ħsara li għamilt lili nnifsi ma rranġatx mil-lum għal għada. Lanqas il-flus
li nfaqt f’duħħan ma ġew lura.
Kien ikun ferm aħjar għalija kieku tajt każ
tal-iskunġrar ta’ missieri minflok qagħdt ninħela niġġudika in-nuqqas ta’ purita
tiegħu. U jekk għada pitgħada ibni jkun qed jagħmel l-istess żbalji li nagħmel
jien, dmiri jkun li nagħmel miegħu kif għamel miegħi missieri. U jekk jagħmel
agħar ikolli ninħanaq ftit iktar ta’ spiss.
B’dan kollu ma rridx infisser li jien
m’għandix nipprova nirranġa d-difetti tiegħi. Anzi. Min irid il-ġid lilu nnifsu
ma jillimitax ruħu biss għall-priedki. Kieku snin ilu missieri sema’ minn dak
li kien qed jgħid lili u waqaf ipejjep kien ikun aħjar għalih ukoll.
Bl-istess mod, indipendentement minn dak li
ġara fil-passat, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għandha dmir u obbligu lejn
il-poplu Malti li tiskrutinizza dak kollu li qed jagħmel il-Gvern u li
tikkritikah.
Hija tassew ħasra li din il-kritika spiss
titqies bħala attakk. Il-kritika għandha titwieġeb b’azzjonijiet pożittivi,
bħal m’huma iktar trasparenza, iktar kontabiltà, iktar onesta u iktar serjetà
fit-tmexxija.
Ħasra li r-reazzjoni tal-Gvern Laburista ħafna drabi tkun
kontrattakk li l-poplu ma jieħu assolutament xejn minnu.
Iżda jagħmel x’jagħmel il-Gvern,
l-Oppożizzjoni m’għandha qatt tonqos milli taqdi dmira ta’ oppożizzjoni.
Fl-istess
waqt il-Partit Nazzjonalista għandu jkompli jaħdem biex jibni alternattiva
serja għall-Gvern li għandna llum.
Norman, tassew artiklu pożittiv bi tweġiba għal mistoqsija li ma l-ewwel daqqa t'għajn tant tispira negattivita.
ReplyDelete