Baqa’ biss ftit ġranet għal Edward Scicluna biex jaqra’ t-tielet (jew
it-tieni?) Budget tal-Labour. Bi tħejjija, fettilli nagħmel ftit kalkoli jien
ukoll.
Qist li l-Gvern ta’ Muscat bi ħsiebu jżomm it-taxxi fl-istess livell tal-lum u li se jkompli jnaqqas l-income tax kif rabtu Gonzi fl-aħħar nifs tal-Gvern tiegħu.
Qist li mhux se jitnaqqsu servizzi soċjali u li l-kontijiet tas-saħħa, l-pensjonijiet, l-edukazzjoni eċċetra se jkomplu jiżdiedu bil-mod naturali li bih jiżdiedu kull sena.

Qist li l-Gvern se jkollu jsostni l-ispiża dejjem tiżdied tiegħu u li
se jkun irid iwettaq xi proġetti kbar u oħrajn iżgħar.
Qist li l-Gvern se jkollu jsib iktar flus biex iwettaq biċċa oħra mil-lista listun ta’ wegħdi li għamel qabel l-elezzjoni, li ħafna minnhom ma nafux x’inhuma.

Ikkonkludejt li biex dan kollu jsir u l-pajjiż ma jiġix għarkubtejh jew
rasu ‘l isfel, il-Gvern se jkun qed jiddependi bl-ikrah fuq kemm se jirnexxielu
jbiegħ passaporti.
Nifhem li ħafna minnkom ftit li xejn jinteressakom minn fejn il-Gvern
se jġib il-flus. L-aqwa li ma jnaqqsilna xejn milli għandna, iħallilna ftit
Ewro żejda fil-but u jwettaq xi ħaġa milli wegħdna. Ma naqbilx.
Jidħlu kemm jidħlu miljuni mill-bejgħ tal-passaporti, dawn il-flus m’għandhomx
imorru fil-fond tal-Budget.
Jekk se jsir hekk kull m’għandna u kull ma jista’ jkollna fis-snin li ġejjin se jkun qed jiddependi fuq kemm jirnexxielna nbiegħu passaporti. Fi ftit żmien insiru addicts tal-bejgħ tal-passaporti u ma nkunux nistgħu ngħaddu mingħajrhom. Eventwalment tant niġu dipendenti fuqhom li nsiru passport junkies.

Din żgur m’għandiex tkun it-triq ‘il quddiem.
Dan żgur mhux il-mod kif għandha titmexxa ekonomija u kif għandu jitmexxa pajjiż.

No comments:
Post a Comment