Sunday, November 9, 2014

Fr Mark Montebello: “Il-qassisin nafu minn fejn għandna ngħaddu”

Dalgħodu The Sunday Times irrapurtat li Fr Mark Montebello kien wassal messaġġ lil mara li qed tallega li kienet abbużata sesswalment minn Dumnikan ieħor, li kien hemm min lest iħallas mijiet ta' eluf ta' Ewro biex hi żżomm ħalqha magħluq.

Aktar tard Fr Mark ċaħad li hu kien il-messaġġier imma kkonferma li kien jaf bl-istorja kollha ferm qabel sirna nafu aħna u li darba kien tkellem fuq it-telefown ma' persuna qrib l-allegata vittma dwar din l-offerta ta' flus.

Din l-istorja fakkritni f’intervista li kont għamilt lil Fr Mark f’Xarabank f’Jannar 2010. Din l-intervista kienet dwar bosta dikjarazzjonijiet kontroversjali li l-patri Dumnikan għamel matul is-snin.

Fost il-clips li staqsejt dwarhom lil Fr Mark, kien hemm din li hija meħuda mill-programm Realta' li kien ixxandar ftit jiem qabel fuq ONE TV:


Dwar din id-dikjarazzjoni, f’Xarabank kien qalli hekk:

Ftit xhur wara din l-intervista Fr Mark Montebello kien intbagħat il-Messiku mill-Kap tal-Ordni Dumnikana.

6 comments:

  1. What a comedian. What a clown. It is true that the Maltese church is rudderless. He should have been kicked out of the church a long time ago. Disgraceful.

    ReplyDelete
  2. Din il-clip turi li Fr Montebello kien ilu hafna jaf li l-qassisin li jabbuzaw isibu mod kif jirrangaw mal-ligi. Issa nafu li jirrangaw bil-flus li ntuhom ahna fis-sassla.

    ReplyDelete
  3. There is only one honourable way (to an extent only) for Mark Montebello to go - OUT.

    He should have done it ages ago/

    ReplyDelete
  4. Norman, you should invite him on your programme this week. I'm sure that this time he'll chicken out.

    ReplyDelete
  5. Fiwaqt li naqbel perfettament li Mark messu ilu li tnezza mis-sagrament bhall ma ghamlu lill siehbu ma ghandna QATT niggenerizzaw . Jien dan qatt ma ghogobni ihobb IPECLAQ wisq.

    ReplyDelete
  6. Nahseb li l-clips li tellajt juru li Father Mark Montebello ilu hafna jaf x'isir minn wara l-kwinti biex certu sacerdoti ma jitressqux il-qorti. Nahseb li kellu l-kuragg jitkellem imma dakinhar hadd ma fehem x'kien qed jghid hlief il-kbarat tal-knisja li ma damux wisq biex eziljawh.

    ReplyDelete