Fil-Budget il-Gvern għamel eżatt kif kont bassart u b’ħafna pompa ħabbar li s-sena d-dieħla se jkun qed jagħtina kumpens ta’ darba ta’ €35.
Iżda... Dawn il-€35
mhux se jkunu qed jiżdiedu mal-paga. Jekk taħdem fil-Ħdud u l-festi jew jekk tagħmel
siegħa overtime, dawn mhux se jkunu qed ikunu kalkulati fir-rata li biha titħallas.
Dawn lanqas huma pensjonabbli.
U jekk għandek karozza, dawn il-€35 se jkun qed jieħodhomlok lura mill-ewwel
biż-żieda li ħabbar fil-liċenzja, fil-bolla fuq l-insurance u fiż-żieda tas-sisa fuq
il-fuel.
U filwaqt li l-€35
se teħodhom darba biss, dawn iż-żidied se tibqa’ tħallashom sena wara oħra.
L-aqwa li fi Pjazza San Ġorġ għamlulna kaxxa b’erbgħa
big screens biex juruna x’qed jikteb il-Prim fuq Twitter! U għal din ħallasna aħna
wkoll.
No comments:
Post a Comment