Intom li għandkom
meter tad-dawl kummerċjali. Intom
is-self-employed, is-sidien ta’ negozju, il-lukandiera, tal-ħwienet,
tar-ristoranti, importaturi, industrijalisti kbar u żgħar, kumpaniji u ħafna
oħrajn.
Tafu li llum iż-żejt jiswa’ terz inqas minn kemm kien jiswa’ fix-xhur tas-sajf. Tafu wkoll li intom għadkom tħallsu għall-elettriku bl-istess rati għoljin li kontu tħallsu meta ż-żejt kien iqum darba u nofs ta’ dak li jqum illum.
Tafu li bqajtu tħallsu l-istess prezzijiet anke għall-petrol u għad-diesel li tużaw fil-vetturi u fil-magni tagħkom.

Żgur indunajtu li
llum l-Enemalta jew xi ħadd ieħor qed jaqla’ l-miljuni minn fuq daharkom
għalxejn. Miljuni li jistgħu jibqgħu fi bwietkom. Miljuni li tistgħu tużaw biex
tinvestu u biex toħolqu iktar xogħol.
Allura għaliex dan
is-silenzju?
X’sar minnu l-ħafna
d-diskors fuq il-kompetittività?
Jew din il-kelma tużawha
biss meta tiġi biex tingħata ż-żieda jew xi ġurnata leave żejda lill-ħaddiema?
Sinjuri tal-Kamra
tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, tal-GRTU, tal-Assoċjazzjoni ta’ min
iħaddem, blajtu lsienkom?
Iktar nahseb li huwa l-kas ta' kulhadd mixtri
ReplyDeleteMela ma dan il Gvern xi hadd jiftah halqu...
ReplyDeleteInt qatt ma blajtu Jew mqar gdimtu :-p
ReplyDeleteAw, Censu, rohoslok id-dawl?
DeleteIl-licenzja tal-karrozza hallasta?
Nispera li ma tpejjipx.
Il-qatra thobba?
Nispera li m'intiex wiehed minn dawk li ghollielek il-kera bi tlett darbiet!
Nahseb aktar Zeppi bellghalek kanna!
Aw, Censu, rohoslok id-dawl?
DeleteIl-licenzja tal-karrozza hallasta?
Nispera li ma tpejjipx.
Il-qatra thobba?
Nispera li m'intiex wiehed minn dawk li ghollielek il-kera bi tlett darbiet!
Nahseb aktar Zeppi bellghalek kanna!
Jibzghu ,ghax kwazi qedin fi stat ta'dittatorjat,hadd ma jiftah halqu ghax veru jibzghu.issa kollox sew ,xejn hazin, issa it-trasport publiku irranga....le ma jrranga xejn..Norman ibqa tieghom, ghax hemm bzonn,hadd ma ghandhu kuragg jiftah halqu.
ReplyDeleteU ahjar ghalik... Laqas hadt ma jghati kasek tpeclak fil vojt
ReplyDeleteNahseb kullhadd qed ibul tahtu ghall kumment cucesk tieghek!
DeleteInt mahruq ghax dak li weghdek Zeppi ta Burmarrad kien biss duhhan!
Mela qed tinqaras Ton?
ReplyDelete