Sunday, November 23, 2014

Hello... għadni kif sparajt xi żewġ tiri

Ir-raġel fiċ-ċirku aħmar għadu kemm spara tiri lejn karozza li fiha kien hemm persuna. Minflok arrestaw lilu, il-Pulizija arrestaw lil dak li kien fil-karozza li qalgħet it-tiri.

Lil dan li spara m'arrestawhx. Ħallewh fil-libertà jagħmel li jrid. Jista' jkun li lanqas l-arma ma ħadulu. Saħansitra ħallewh iċempel lil min irid. Sal-lum għadna ma nafux ma' min tkellem dan ir-raġel f'dak il-ħin. Iżda nafu li ftit sigħat wara, il-verżjoni tiegħu ta' kif ġraw l-affarijiet (gidba) saret il-verżjoni uffiċjali tal-Ministeru tal-Intern u ġiet ippubblikata bħala stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Dan ir-raġel huwa persuna ta' fiduċja tal-Ministru tal-Intern, huwa x-xufier u s-security tiegħu u huwa wkoll Kuntistabbli tal-Pulizija. Fil-ħin li spara, kien qiegħed bil-karozza tal-Ministru.

Il-Prim Ministru tagħna qed jgħid li għandu bżonn inkjesta minn 3 maġistrati rtirati biex jiddeċiedi jekk għandiex tinġarr ir-responsabbiltà politika għal dan il-każ.

Niftakar żmien meta dan l-istess Prim Ministru ma kien jistenna l-ebda maġistrat biex jiddeċiedi x’inhu u x’mhuwiex skandlu u min għandu jirreżenja jew jitneħħa. Imma dak iż-żmien Joseph Muscat ma kienx għadu sar Prim Ministru.

PS: Anzi m'arrestawx lil min ġibed dan ir-ritratt ukoll!

2 comments:

  1. U s-sabiha li hallew il-but tal-karozza miftuh biex minn ghalihom jghattu n-number plate. Kien dal-hin li nehhew il-GM plates bil-kumdita' kollha? Tghid ma' min qed jitkellem Sheeman f'dak ir-ritratt? Tghid lil min qed ikellem qed isaqsih: "Ghamilna tant cover-ups dal-ahhar, possibli ma taghmlux wahda ghalija?!"

    ReplyDelete
  2. X'differenza mill-arlogg ta Tonio Fenech! Kemm ghajjat ghar-rizenja! What goes round comes around dear PM. Shame on you.

    ReplyDelete