Wednesday, November 5, 2014

Se jsib iż-żejt jew se jirriżenja?

Wieħed mill-kummenti taħt il-blog tal-bieraħ dwar kemm hu iktar galantom bi flusna l-Ministru Joe Mizzi minn dak il-qammiel ta’ Austin Gatt fakkarni f’dikjarazzjoni li kien għamel Mizzi fil-Parlament meta kien għadu jpoġġi fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni.

Fittixt u sibt rapport tat-Times jikkwotah jgħid li jekk meta jkun hemm Gvern Laburista ma jsibx iż-żejt, hu jirriżenja.


Biex ma jmurx xi ħadd jaħseb li tat-Times kienu kwotawh ħażin fittixt x’kien qal eżatt fil-Parlament.

Sibt it-transcript oriġinali tas-seduta. Jekk trid taqraha kollha kemm hi tista’ tikklikkja hawn. 

Għal dawk li m’għandhomx ħin x’jaħlu, is-silta relevanti hija din:
Sur President, jiena nista` ngħid li għad hawn min hu interessat li jiġi fit-territorju tagħna biex itella` ż-żejt għax jaf li hemm iż-żejt pero’ mhux lest li jiġi issa għax m'għandux fiduċja fil-gvern preżenti. Aħna persważi li kif jinbidel il-gvern u nitilgħu aħna, dik il-materja prima nsibuha. Persważ minnu dan. Tant jien persważ li jekk ma jkunx hekk  nirriżenja. Ma jkollix għalfejn nibqa’ hawn. Jiena persważ li, iva, taħt il-gvern Laburista għax hemm is-serjeta` din il-ħolma li nsibu ż-żejt issir realta`.  Diġa’ hemm min hu interess li meta jkun hemm il-partit laburista fil-gvern jiġi biex jagħmel ix-xogħol bis-serjeta`.
Nistennew u naraw x'se jiġri.

Għal dawk dilettanti tal-imħatri, iż-żejt li jaqa' mill-magni tal-karozzi tal-linja moderni li ġabilna l-Ministru Mizzi ma jgħoddx.
 

8 comments:

  1. Lanqas hekk jiekol hobza biz-zejt u t-tadam ma ssibx I-zejt. Ahseb u ara taht il-bahar! Iehor li jirrizenja, u hemm ghadu, sakemm ma johdulux is-siggu taht il-warrani meta ma jkunx qed ihares.

    ReplyDelete
  2. Issa immur jibki kif ghamilt int ghax ma hallewhx il-pbs

    ReplyDelete
    Replies
    1. Int coward ax tistahba wahda anonimu. Tibza turi Ismek u wiccek
      Purcinell u coward.

      Delete
  3. Hemm xi passaport norman ha titimbrahuli

    ReplyDelete
    Replies
    1. Imma ser jkollok tistenna ghax qablek hemm turrun cinizi., u ma nistawx naqbzuhom ghax iridu jidhlu xoghol.

      Delete
  4. Kemm qeghdin sew dawn jghajjruk bil-vendikazzjoni li ghamlu mieghek. Ma ghadhomx jghidu Taghna Ilkoll issa.

    ReplyDelete
  5. Hekka ferbgha xhur sibtu z zejt.
    Anzi ma ghidtx lin nies li jekk mas sibx min jibla t transport pubbliku x tghamel ghax qed iberraq.

    ReplyDelete
  6. Ghaziz Norman
    Fir-rigward ta' "Tant jien persważ li jekk ma jkunx hekk nirriżenja", jiddispjacini nghidlek li inti ma fhimt xejn. Inti ma ghandikx Malti tajjeb u bil-Malti la tifhem u lanqas taf taqra.
    Li kied qed jghid u gie miftiehem u miktub hazin kien ."Ghax jien perswaz li ghall-elezzjoni li jmiss jiena nisparixxi u ma nidhirx izjed fil-politika".

    ReplyDelete