Thursday, January 12, 2017

Hitler: Lis-Soċjalisti Ewropej qalulhom bi Franco?

L-intervista li l-kandidat Nazzjonalista eks votant tal-Labour Salvu Mallia ta lis-Sunday Times lill-Prim Ministru Joseph Muscat jidher li kidditu mhux ħażin.

Tant ħadha bi kbira li Salvu semma lil Adolf Hitler biex isostni l-argumenti tiegħu, li Muscat mar jibki għand il-mummy, cioe għand is-Soċjalisti Ewropej.

Mar jugżah u ċ-ċwieċ belgħu l-lixka u fittxu ħarġu stqarrija jitkażaw b'Salvu!

Tgħid lis-Soċjalisti Ewropej qalulhom li l-pet favorit ta' Joseph Muscat meta kien Kap tal-Oppożizzjoni, ċertu Franco Debono, kien iddiskriva lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien bħala l-Hitler ta' Malta? (ara l-blog ta' Franco Debono hawn taħt)

Qalulhom li lil dan Debono minflok tkażaw bih u marru jugżawh ġrew bih fuq l-ispallejn qisu statwa tal-Irxoxt meta rebħu l-elezzjoni?

Qalulhom li lil dan Franco premjawh għal dak li qal u għal dak li għamel bil-kariga ta' Kummissarju tal-Liġijiet?

Jew forsi jaħsbu u jemmnu li dak li jikteb u jgħid Franco mhux rilevanti?

6 comments:

  1. Proset Norman tghamel tajjeb u sew li tfakarna f'dawn il-Hmerijiet li kien iwettaq il-BAGGIO

    ReplyDelete
  2. http://daphnecaruanagalizia.com/2017/01/david-thake-speaks-maltas-commissioner-law-reform/

    ReplyDelete
  3. Dak li jikteb u jghid Franco tant hu rilevanti - www.riformagustizzja.com , Ligi dwar l-Finanzjament tal-Partiti - li illum saru ligijiet f'dan l-pajjiz.
    Wara dak l-Blog, apparti li hemm ragunijiet serji ghal dak t-tixbih, inkluz THEDDID fuq HAJTI jiena kont spjegajt kif kont nehhejt l-Blog ftit wara ghax qatt ma kelli intenzjoni nippublikah. Dak z-zmien kont nikteb hafna Blogs li mhux kollha kont nippublika u dak wiehed li ma kellix hsieb nippublika minkejja li kif ghidt t-tixbih huwa bazat anke fuq kampanji ta vjolenza psikologika u theddid fuq hajti.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Min jikteb il-blogs bil-hsieb li ma jippublikahhomx? Imma kemm tahsibhom hmir in-nies?

      Delete
  4. X akkwist dak Salvu! Politiku ta dipolmazija mitologika. Halluna. Il-mibki Guido deMarco jitqalleb f'qabru qieghed.

    ReplyDelete
  5. Ghal min tkaza ghax Salvu Mallia ghamel xebh bejn Muscat u Hitler, araw x'qal il-Papa Frangisku:

    http://www.businessinsider.com/pope-francis-warns-europe-people-voted-for-hitler-and-then-he-destroyed-his-people-2017-1

    ReplyDelete