Ġmielek tinteressa ruħek f’Malta. L-istqarrija tiegħek dwar kumment ta’ kandidat tal-Partit Nazzjonalista lil gazzetta lokali juri li ħsiebek hawn. Sewwa, nieħu gost b'dan l-interess ta' ras kbira bħalek f'pajjiżi.
Għax allura żgur li matul l-aħħar sena użajt ħafna mill-ħin prezzjuż tiegħek taħseb dwar dak li sirna nafu dwar l-id il-leminija u l-id ix-xellugija ta’ ħabibek Joseph Muscat - il-Ministru Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.
U żgur li taf li mbagħad daru d-dinja jippruvaw isibu banek jiftħulhom kontijiet għal dawn il-kumpaniji.
U tant kemm ħsiebek f’Malta, li żgur taf li meta staqsewhom kemm kienu se jpoġġu flus f’dawn il-kontijiet, sħab ħabibek intrabtu li jpoġġu mill-inqas ‘miljun fis-sena’.
U meta staqsewhom kemm riedu segretezza, sħab ħabibek insistew fuq segretezza assoluta.
U meta staqsewhom minn fejn kienu se jġibu l-flus, sħab ħabibek qalu ħrafa lil kull bank.
U tant ħsiebek f'pajjiżna li żgur li taf li tlieta fetħu kumpaniji, mhux tnejn, imma t-tielet waħda tant għandha sid importanti li ismu tawhulhom fuq Skype.
Billi żgur taf dan kollu, xtaqtek tgħidilna x’inhi l-fehma tiegħek u tas-Soċjalisti Ewropej fuq sħab ħabibek Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri.
U xtaqtek tgħidilna wkoll x’inhi l-fehma tiegħek dwar il-fatt li t-tnejn li huma għadhom hemm, sewwasew fil-karigi li kellhom qabel, spalla ma' spalla ma' ħabibek Joseph Muscat.
X’tgħidilna Sur Stanishev?
Sakemm tweġibni, inselli għalik,
Norman Vella
Perfect....but don't hold your breath waiting for a reply.
ReplyDeleteIssa meta jugi malta ittimbralu l- passaport.
ReplyDeleteLiċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea ħadd ma jittimbralhom il-passaport meta jivjaġġjaw minn pajjiż għall-ieħor tal-Unjoni (anke f'dawk il-pajjiżi li mhumiex parti miz-zona Schengen bħall-Bulgarija).
DeleteProsit Norman
ReplyDeleteghax ma ktibtiex bl ingliz norman.... ghax mil bqija paroli biss.... habieb
ReplyDeleteL-ittra (email) bl-Ingliz intbagħtet.
DeleteHemm ritratt tagħha fl-aħħar tal-artiklu.
Jidher li għal xi raġuni jew oħra, qabżitlek.
Nittama li mhux għax ikkummentajt qabel qrajt kollox.
Jekk tfittex ftit dwar il-korruzzjoni f'pajjizu meta hu kien Prim Ministru tinduna li dan hajt ghal kenn tajjeb ghall-korrotti ta' Kastilja.
ReplyDelete