Il-prezz tal-petrol imħabbar illum huwa l-istess eżatt kemm kien f'Jannar 2011 meta Joseph Muscat, dakinhar Kap tal-Oppożizzjoni, niżżel in-nies jipprotestaw fit-toroq tal-Belt Valletta propju minħabba l-prezzijiet tal-fuels.
Dakinhar, bil-prezzijiet taż-żejt ferm għola minn kemm huma llum - madwar 120 Dollaru 'l barmil - l-Enemalta kienet ħabbret żieda ta' 4 ċenteżmi fil-prezz u l-petrol beda jinxtara €1.31 kull litru.
Dan huwa l-istess prezz eżatt imħabbar illum mill-Gvern korrott ta' Joseph Muscat u Konrad Mizzi meta l-prezz taż-żejt huwa ta' madwar 60 Dollaru 'l barmil (nofs il-prezz tal-2011).
No comments:
Post a Comment