Wednesday, January 11, 2017

Lest ifotti l-Presidenza ta' poplu sħiħ għal bniedem wieħed

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għal darb'oħra wriena li fil-miżien tiegħu l-interessi ta' Konrad Mizzi għandhom iktar piż mill-interessi tal-poplu Malti kollu f'daqqa.

Muscat ġie u jaqa' u jqum mill-konsegwenzi li se ġġib magħha d-deċiżjoni li ħa li jaħtar lill-uniku Ministru fl-Unjoni Ewropea li nqabad b'kumpanija moħbija fil-Panama bħala President tal-Ministri kollha tal-Enerġija fl-Unjoni.

Lest ifotti l-Presidenza - li hija tal-pajjiż kollu - biex ipaxxi lil sieħbu maqbud fl-ikbar skandlu ta' korruzzjoni fl-istorja. Imbagħad ikollu l-wiċċ jiġi jitkellem fuq l-interess nazzjonali.

2 comments:

  1. Min jaf x'jaf Konrad fuq Joseph? Min jaf x'jaf Konrad fuq Egrant?

    ReplyDelete
  2. Lest ifotti l-Presidenza ghal bniedem wiehed li huwa Joseph Muscat innifsu.

    ReplyDelete