Fil-jum li fih il-Parlament Ewropew biddel l-aġenda biex wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jiddiskuti l-ħarsien tal-ġurnalisti, tal-libertà tal-istampa u l-espressjoni ħielsa f’Malta; fil-ġurnata li fiha kien hawn f’pajjiżna Kummissjoni Taljana Anti-mafja;
Jumejn biss wara li eluf ta’ Maltin ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta jitolbu ġustizzja; wara li s-soċjetà ċivili talbet għat-tneħħija tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali; wara l-protesti spontanji quddiem id-Depot tal-Pulizija; wara d-dibattiti mqanqla li saru fil-Parlament Malti;
U fl-istess waqt li dak kollu li ġara u li qed jiġri f’pajjiżna qed jissemma’ bi prominenza u qed jiġi diskuss u analizzat f’gazzetti, portals, bulettini tal-aħbarijiet u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti madwar id-dinja kollha;
Isiru l-għaxra u kwart ta’ filgħaxija, taqliblu fuq l-istazzjon nazzjonali biex tara l-programm ta’ ġrajjiet kurrenti li tipproduċi l-Kamra tal-Aħbarijiet, preżentat minn ħadd ħlief il-Kap tal-istess Kamra tal-Aħbarijiet, u ssib intervista maċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar!
Qlibtlu fuq TVM biex nara l-iktar clips qawwija mid-dibattitu tal-lum fil-Parlament Ewropew, siltiet minn dak li ntqal fil-Parlament Malti matul dil-ġimgħa, intervisti ma’ nies li ħarġu jipprotestaw u analiżi u diskussjoni dwarhom.
Ħsibt li se nara l-ġurnalisti ta’ TVM jiġru għall-kummenti tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali.
Ħsibt li se nara l-ġurnalisti ta’ TVM jiġru għall-kummenti tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali.
Minflok sibt ma’ wiċċi lil Reno Bugeja li bla ebda mistħija ta’ xejn injora kollox u ġab mistieden u ddiskuta suġġett li seta’ ddiskuta f’kull ġurnata oħra tas-sena.
Qtil politiku ieħor, din id-darba b’eluf ta’ xhieda.
Illejla quddiem għajnejn kulħadd, id oħra tal-istat, istituzzjoni oħra mħallsa minn flus il-poplu li d-dmirijiet u l-obbligi tagħha huma biss lejn il-poplu, reġgħet qatlet lil Daphne biex isservi lil min iridna ndawru ħarsitna u ma nitkellmux iktar fuqha u fuq xi jfisser tassew l-assassinju tagħha.
No comments:
Post a Comment