Thursday, March 3, 2016
Wednesday, March 2, 2016
Ġurnalista top-notch (bil-filmat)
Dalgħodu għall-press conference tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ir-reporter tal-istazzjon tal-Partit Laburista Janice Bartolo.Fil-ħin tal-mistoqsijiet Bartolo qalet lill-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li hu qatt ma kien u mhux avukat 'top-notch'.
Għax taf int, kemm ilha tagħmilha mal-Ministru tal-Ġustizzja din Janice tgħidx kemm saret tifhem fl-avukati!
Ara l-filmat hawn:
Tuesday, March 1, 2016
Stennejt li nara lil Franco fuq il-ONE illejla, iżda minflok hemm Hermann
Bħalissa fuq
l-istazzjon tal-Partit Laburista qed jiddiskutu l-iskandlu tal-Panama (jew tal-Azerbajġan?), ovvjament mingħajr ma jgħidu li hu skandlu.
Stennejt li fuq
skandlu bħal dan il-producers tal-ONE jistiednu lill-espert tar-responsabbilta’ politika u l-governanza
tajba, Dr Franco Debono.
Sa qabel l-aħħar
elezzjoni ġenerali lil Dr Debono kont tarah kważi kuljum fuq il-ONE jitmasħan fuq dawn
is-suġġetti.
Iżda llum lil
Franco qishom ma jriduhx aktar.
Qisu m'għadhomx iqisuh relevanti.
Minjaf għaliex? Tgħid għax jekk illum jirrepeti dak li kien jgħid ilbieraħ u jagħtu kasu jkollu jżarma l-Gvern?
Qisu m'għadhomx iqisuh relevanti.
Minjaf għaliex? Tgħid għax jekk illum jirrepeti dak li kien jgħid ilbieraħ u jagħtu kasu jkollu jżarma l-Gvern?
Insomma, minflok Franco llejla
fuq il-ONE hemm il-ħabib tiegħi, il-kandidat Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett, Hermann Schiavone li sa mill-ewwel battuti rebaħ kull argument li ġabulu. Fl-aħħar mill-aħħar ir-raġuni ma tridx forza.
Ħafna arja u bluff u għadhom m'għamlux libell wieħed
Innutaw li Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista li kixfet l-iskandlu tal-Panama (u tal-Ażerbajġan?), mhix qed tallega evażjoni ta' taxxa, imma qed tallega r-reati ferm aktar serji ta' korruzzjoni, tixħim u ħasil ta' flus.
Kieku xi ħadd jagħmel dawn l-allegazzjonijiet fuqi, nista' nassigugarakom li sa ħames minuti wara nkun għand avukat biex jibda kawża ta' libell.
Fil-passat kemm Konrad Mizzi, kif ukoll Keith Schembri fetħu kawżi ta' libell fuq allegazzjonijiet ferm inqas serji, imma did-darba għadhom m'għamlu xejn ħlief jheddu u jibbluffjaw.
X'qed jaħbu?

Monday, February 29, 2016
Il-Gentlemen's Club ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri
Jekk tiltaqa' ma' xi ħadd li fetaħ Gentlemen's Club u jgħidlek li fil-club tiegħu mhux se jkollu tfajliet imqaċċtin iservu l-klijenti, jiżfnu u jagħmlu dak kollu li jsir f'kull club ieħor ta' dan it-tip, temmnu?M'għandix dubju li le!
Daqstant ieħor tista' temmen lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri meta jgħidulek li fetħu kumpanija qoxra (shell company) fil-Panama u li fiha m'għandhomx u mhux se jkollhom flus li għal xi raġuni jew oħra jridu jaħbu.
Tweet dwar il-Panama minn The Economist
Fl-istess ġranet li d-Deputat Mexxej u Super Minister Laburista Konrad Mizzi u l-id il-leminija tal-Prim Ministru Muscat f'Kastilja, Keith Schembri, nqabdu b'kumpaniji sigrieti fil-Panama The Economist kiteb hekk:
Imma la l-orizzont u s-Super One jgħidu li kollox sew, kollox sew hux?!
Imma la l-orizzont u s-Super One jgħidu li kollox sew, kollox sew hux?!
Sunday, February 28, 2016
X’kien jaf Toni Abela?
F’dan it-taħwid
kollu li qed insiru nafu bih f’dawn il-ġranet insejna dettall importanti.
Ftit tal-jiem
qabel bdew ħerġin l-istejjer dwar il-kumpaniji moħbija fil-Panama ta’ Konrad
Mizzi u Keith Schembri, Joseph Muscat iddeċieda li jibdel id-Deputat Mexxej
tiegħu.
Dakinhar li l-Prim Ministru ħabbar li Toni Abela se jkun in-nominat ta’ Malta għall-Qorti tal-Awdituri bosta interpretaw l-aħbar bħala promozzjoni li biha Muscat ried jirringrazzja lil Abela għas-servizzi mogħtija.
Oħrajn interpretawha bħala mossa biex Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri jiksbu l-kontroll totali tal-Partit Laburista.
Agħar minn hekk, illum li qed insiru nafu b’dawn l-iskandli, hemm min qed jissuspetta li din in-nomina setgħet saret biex Abela jagħmel bħat-tliet xadini u jżomm għajnejh, widnejh u ħalqu magħluqin.
Delegat
tal-Partit Laburista li laqatlu għajnejh blog li ktibt ftit taż-żmien ilu dwar
Toni Abela illum qalli li kien ilu żmien twil jisma’ li Abela ma kienx kuntent
b’xi affarijiet li kienu qed jiġru f’Kastilja.
Qalli li internament spiss kienu jirreferu għal Abela bħala n-‘negattiv’.
Qalli li internament spiss kienu jirreferu għal Abela bħala n-‘negattiv’.
Dan id-delegat jaħlef li Toni Abela huwa raġel ta’ prinċipju u qalli li ‘Toni żgur ma kienx se joqgħod għal sitwazzjoni bħal din li qed insiru nafu biha’. Qalli li hemm min qed jgħid li Toni kien sar jaf b’xi ħaġa u ma’ Muscat ftiehem mod biex jitlaq bil-kwiet mingħajr ma jagħmel ħsara lill-partit.
Jien irrispondejtu li jekk ġara hekk ma tantx jirrifletti tajjeb fuq l-irġulija ta’ Abela. Il-konverzazzjoni waqfet hemm.
Nixtieq li Toni Abela jitfaċċa x’imkien fejn inkunu nistgħu nistaqsuh jekk kienx sar jaf b’xi ħaġa qabel sparixxa.
Tajjeb nistaqsuh
ukoll jekk bħala nominat għall-Qorti tal-Awditur tal-UE jħossx li Ministru u l-id
il-leminija tal-Prim Ministru għandu jkollhom kumpaniji moħbija f’pajjiż
blacklisted mill-Kummissjoni Ewropea. Thinking about it, tkun mistoqsija tajba għall-grilling din!
Araw għand min inqeda Konrad Mizzi
Mill-intervista ta' Konrad Mizzi lil Malta Today:
Minn Wikipedia:
Ried jagħmel biss sempliċi tfittxija b'Google biex isib dan li sibt jien!
Shame on you.
Minn Wikipedia:
Ried jagħmel biss sempliċi tfittxija b'Google biex isib dan li sibt jien!
Shame on you.
Friday, February 26, 2016
Patetiċi: Jinsultaw lil Malta u l-intelliġenza tan-nies biex jgħattu xtur Konrad Mizzi
Dalgħodu l-orizzont (u l-inews) ħarġet tgħid b'ittri kbar fil-faċċata ta' quddiem li Simon Busuttil huwa nvolut fi trusts.
Fl-istess rapport l-orizzont tgħid li dawn it-trusts huma reġistrati f'Malta, pajjiżna, pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, pajjiż b'reputazzjoni mill-aqwa fis-servizzi finanzjarji, pajjiż li għandu Awtorita' (l-MFSA) li tieħu ħsieb tara li dawn it-trusts ma jaħbux fihom flus maħmuġin.
L-orizzont ħarġu b'dan it-titlu biex mingħalihom jiġġustifikaw jew jgħattu l-iskandlu li huwa protagonist tiegħu id-Deputat Mexxej u Super Minister Laburista Konrad Mizzi li nqabad b'shell company (kumpanija qoxra) reġistrata fil-Panama u moħbija fi trust fi New Zealand.
Patetiċi. Ma jiddejqux u ma jistħux jinsulentaw l-intelliġenza tal-qarreja tagħhom.
U jinsulentaw iktar u iktar lil pajjiżna meta jqabbluh ma' pajjiż bħall-Panama li għandu l-qasam tas-servizzi finanzjarji tiegħu blacklisted mill-Unjoni Ewropea.

Thursday, February 25, 2016
Dr Trasparenza jerġa' jinqabad jaħbi
Isemmi biss it-trust fi New Zealand u dwar dan il-pajjiż tant imbiegħed minn Malta, Dr Konrad Mizzi jgħid hekk: “The trust is regulated and registered in New Zealand, a stable parliamentary democracy that is one of the world’s most well-governed nations, having ranked in the top tier of indexes on the strength of its democratic institutions, government transparency and lack of corruption.”
Ovvjament dwar il-Panama, Konrad Mizzi ma jistax jgħid l-istess affarijiet!
Il-Panama huwa blacklisted mill-Unjoni Ewropea l-aktar minħabba l-evażjoni fiskali u l-ħasil ta' flus maħmuġin.
Il-Panama huwa blacklisted mill-Unjoni Ewropea l-aktar minħabba l-evażjoni fiskali u l-ħasil ta' flus maħmuġin.
Ilbieraħ Mizzi qal lill-Malta Today “I have always been and
will always be transparent in my state of affairs” u fl-istess nifs kien qed
jaħbi biċċa oħra mill-verita'.
X'qed jaħbi iktar Dr Mizzi?
X'qed jaħbi iktar Dr Mizzi?
Irrapurtani lill-Ispeaker please
Gaffarena calls Labour MP as witness in his defence

Wednesday, February 24, 2016
Meta jitneħħa Toni Abela...
Forsi ftit jiftakru li Toni Abela kien tkeċċa mill-Partit Laburista għax tkellem fuq il-korruzzjoni li kienet ħakmet lill-Partit u lill-Gvern Laburista fis-snin tmenin.
Għaddew ħafna snin minn dakinhar u ntant Toni Abela reġa' daħal fil-Labour u saħansitra sar Deputat Mexxej.
F'nofs leġislatura Toni Abela reġa' tneħħa mill-Partit Laburista. Ma tkeċċiex bil-mod goff kif kien ġara snin ilu.
Din id-darba ħelsu minnu billi tawh job tajjeb mili 'l bogħod minn din l-art ħelwa.
Kumbinazzjoni li dan kollu qed jiġri fi żmien li fih il-Gvern Laburista huwa mifni bi skandlu wara l-ieħor?
Ftit jiem biss qabel neħħew lil Toni, assistejna għar-riżenja ta' Segretarju Parlamentari li kellu l-uffiċju tiegħu f'Kastilja.
Ftit jiem wara li neħħew lil Toni, sirna nafu li s-Super Minister li se jidħol minfloku għandu kumpanija moħbija l-Panama - pajjiż blacklisted mill-Unjoni Ewropea minħabba l-fama ta' evazjoni fiskali u ħasil ta' flus maħmuġin - u trust finanzjarju fi New Zealand, fin-naħa 'l oħra tad-dinja.
Saħħa Ton. Tgħid għada, fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, se jkun hemm xi ħadd li jsib il-kuraġġ li jagħmel bħal m'għamilt int snin ilu u jixli lil dawn li qed jagħmlu dawn l-oxxenitajiet?
Għaddew ħafna snin minn dakinhar u ntant Toni Abela reġa' daħal fil-Labour u saħansitra sar Deputat Mexxej.
F'nofs leġislatura Toni Abela reġa' tneħħa mill-Partit Laburista. Ma tkeċċiex bil-mod goff kif kien ġara snin ilu.Din id-darba ħelsu minnu billi tawh job tajjeb mili 'l bogħod minn din l-art ħelwa.
Kumbinazzjoni li dan kollu qed jiġri fi żmien li fih il-Gvern Laburista huwa mifni bi skandlu wara l-ieħor?
Ftit jiem biss qabel neħħew lil Toni, assistejna għar-riżenja ta' Segretarju Parlamentari li kellu l-uffiċju tiegħu f'Kastilja.
Ftit jiem wara li neħħew lil Toni, sirna nafu li s-Super Minister li se jidħol minfloku għandu kumpanija moħbija l-Panama - pajjiż blacklisted mill-Unjoni Ewropea minħabba l-fama ta' evazjoni fiskali u ħasil ta' flus maħmuġin - u trust finanzjarju fi New Zealand, fin-naħa 'l oħra tad-dinja.
Saħħa Ton. Tgħid għada, fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, se jkun hemm xi ħadd li jsib il-kuraġġ li jagħmel bħal m'għamilt int snin ilu u jixli lil dawn li qed jagħmlu dawn l-oxxenitajiet?
Subscribe to:
Posts (Atom)