Dalgħodu l-orizzont (u l-inews) ħarġet tgħid b'ittri kbar fil-faċċata ta' quddiem li Simon Busuttil huwa nvolut fi trusts.
Fl-istess rapport l-orizzont tgħid li dawn it-trusts huma reġistrati f'Malta, pajjiżna, pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, pajjiż b'reputazzjoni mill-aqwa fis-servizzi finanzjarji, pajjiż li għandu Awtorita' (l-MFSA) li tieħu ħsieb tara li dawn it-trusts ma jaħbux fihom flus maħmuġin.
L-orizzont ħarġu b'dan it-titlu biex mingħalihom jiġġustifikaw jew jgħattu l-iskandlu li huwa protagonist tiegħu id-Deputat Mexxej u Super Minister Laburista Konrad Mizzi li nqabad b'shell company (kumpanija qoxra) reġistrata fil-Panama u moħbija fi trust fi New Zealand.
Patetiċi. Ma jiddejqux u ma jistħux jinsulentaw l-intelliġenza tal-qarreja tagħhom.
U jinsulentaw iktar u iktar lil pajjiżna meta jqabbluh ma' pajjiż bħall-Panama li għandu l-qasam tas-servizzi finanzjarji tiegħu blacklisted mill-Unjoni Ewropea.
Bqajt CUC u INJORANT Norman. Meta ser tikber ?
ReplyDeleteNitħassrek.
DeleteIc-CUC u l-INJORANT hu dak li ma jafx id-differenza bejn Settlor ta Trust (is-sid) u Trustee ta Trust (partnership ta Abukati jew Accountants li legalment jiehdu hsieb min naha legali it-tmexxija tat trust ghal nom tas-Settlor - fil kaz ta KonRat Orion Trust Ltd.) Nispera li ma tibqx CUC u INJORANT u tinduna li dawn serqulek il-vot biex isiru sinjuri minn fuq darek!
DeleteProsit Norman... bhallikieku l-Maltin cwiec u ma jafux id-differenza bejn trust f'Malta u trust fi New Zealand u shell company fil-PANAMA!
ReplyDeleteWenz inti ghandek xi wiehed fil-Panama jewilla???
Tinduna li ċerti Laburisti, dawk l-iktar moħħhom magħluq, qed iħossu li l-folja bdiet tinqaleb għax jinfexxu f'tgħajjir u insulti biex jisvugaw il-frustrazjoni tagħhom.
ReplyDeleteU sa ċertu punt anki l-biża; għax ir-rebħa m'għadhiex tidher daqshekk walk-over.
Meta haj saqqsu lil ministru tal ekonomija x'jahseb fuq il kollega tieghu licqed jaghmel kollw biex ma jhallasx taxxi malta. Jaqbel ma dal esemphu?
ReplyDelete