Tuesday, February 23, 2016

Bedingfield kandidat fuq it-tieni distrett biex jeħilsu minn Joe Mizzi

Sorsi fi ħdan il-Partit Laburista kkonfermaw li Glenn Bedingfield se jkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali fuq it-tieni distrett elettorali.

Bedingfield li llum jaħdem fl-Uffiċju tal-Prim Ministru f'pożizzjoni ta' fiduċja qed jiġi proġettat bħala persuna qrib ħafna ta' Joseph Muscat.

Il-kampanja elettorali personali ta' Bedingfield se tikkonċentra l-aktar fuq il-core vote tal-partit li kif deher fl-aħħar sondaġġi qed iħossu mwarrab minn Kastilja.

Fl-aħħar xhur Bedingfield żied il-preżenza tiegħu fuq ir-radju tal-partit u żied il-preżenza tiegħu ukoll fuq l-internet bi tweets u kitbiet kontroversjali li jinżlu għasel mal-Laburisti l-aktar akkaniti.

Dan kollu qed jagħmlu bil-barka u bl-appoġġ ta' Muscat.

Fil-Partit Laburista dawn il-manuvri qed jitqiesu bħala attentat minn Kastilja biex tonqos drastikament is-saħħa tal-Ministru Joe Mizzi fit-tieni distrett. Qed jingħad li f'Kastilja xejn m'huma kuntenti b'Joe Mizzi imma jafu li Mizzi huwa popolari ħafna mal-core vote tal-partit fit-tieni distrett. Għaldaqstant huma qed jaraw f'Bedingfield kandidat idejali li jappella għal dawn il-votanti u li jista' jnaqqar biċċa sew mill-voti ta' Mizzi.

Fl-elezzjoni tal-2013 Joe Mizzi kien it-tieni l-aktar kandidat Laburista li ġab voti (755) wara l-Mexxej Joseph Muscat (13,968).

Joe Mizzi kien elett fit-tieni count wara li kien l-iktar kandidat li wiret voti mingħand l-istess Joseph Muscat (3,591).

Fl-2013 minn dan id-distrett kienu eletti wkoll il-Ministru Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo. Fl-elezzjoni każwali kien elett ukoll is-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

6 comments:

  1. Joe igawdi popolarita w imhabba mill LABURISTI kollha Tal- Cottonera.
    Tizirghux gideb

    ReplyDelete
    Replies
    1. Glenn Bedingfield għadu kif ikkonferma din l-istorja ma' The Malta Independent: http://www.independent.com.mt/articles/2016-02-23/local-news/Glenn-Bedingfield-to-contest-second-electoral-district-6736153789

      Delete
  2. Joe Mizzi huwa l-iktar ministru inkompetenti fi gvern ta' ministri inkompetenti. Veru kawlatu. Kull ma kellu jagħmel kien li jżomm kelmtu u jagħtina trasport pubbliku tajjeb. U falla.

    Mhux il-Labour imma Malta kollha għandha bżonn teħles minnu.

    ReplyDelete
  3. Ghax Austin kien Kompetenti hux ? Dak li wieghed meta gab l Arriva kollu sehh!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Austin falla u Mizzi falla iktar minnu ghax kellu 3 snin u mhux sena cans biex jirranga u nefaq 30 miljun mhux 10 miljuni

      Delete
  4. From the frying pan into the fire. Or better, into the fat chip pan!

    ReplyDelete