Sunday, February 28, 2016

X’kien jaf Toni Abela?

F’dan it-taħwid kollu li qed insiru nafu bih f’dawn il-ġranet insejna dettall importanti.

Ftit tal-jiem qabel bdew ħerġin l-istejjer dwar il-kumpaniji moħbija fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, Joseph Muscat iddeċieda li jibdel id-Deputat Mexxej tiegħu.

Dakinhar li l-Prim Ministru ħabbar li Toni Abela se jkun in-nominat ta’ Malta għall-Qorti tal-Awdituri bosta interpretaw l-aħbar bħala promozzjoni li biha Muscat ried jirringrazzja lil Abela għas-servizzi mogħtija.

Oħrajn interpretawha bħala mossa biex Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri jiksbu l-kontroll totali tal-Partit Laburista.

Iżda jista’ jkun ukoll li din in-nomina kienet mod li bih Joseph Muscat seta’ jeħles minn Abela.

Agħar minn hekk, illum li qed insiru nafu b’dawn l-iskandli, hemm min qed jissuspetta li din in-nomina setgħet saret biex Abela jagħmel bħat-tliet xadini u jżomm għajnejh, widnejh u ħalqu magħluqin.

Delegat tal-Partit Laburista li laqatlu għajnejh blog li ktibt ftit taż-żmien ilu dwar Toni Abela illum qalli li kien ilu żmien twil jisma’ li Abela ma kienx kuntent b’xi affarijiet li kienu qed jiġru f’Kastilja.

Qalli li internament spiss kienu jirreferu għal Abela bħala n-‘negattiv’.

Dan id-delegat jaħlef li Toni Abela huwa raġel ta’ prinċipju u qalli li ‘Toni żgur ma kienx se joqgħod għal sitwazzjoni bħal din li qed insiru nafu biha’. Qalli li hemm min qed jgħid li Toni kien sar jaf b’xi ħaġa u ma’ Muscat ftiehem mod biex jitlaq bil-kwiet mingħajr ma jagħmel ħsara lill-partit.

Jien irrispondejtu li jekk ġara hekk ma tantx jirrifletti tajjeb fuq l-irġulija ta’ Abela. Il-konverzazzjoni waqfet hemm.

Nixtieq li Toni Abela jitfaċċa x’imkien fejn inkunu nistgħu nistaqsuh jekk kienx sar jaf b’xi ħaġa qabel sparixxa.

Tajjeb nistaqsuh ukoll jekk bħala nominat għall-Qorti tal-Awditur tal-UE jħossx li Ministru u l-id il-leminija tal-Prim Ministru għandu jkollhom kumpaniji moħbija f’pajjiż blacklisted mill-Kummissjoni Ewropea. Thinking about it, tkun mistoqsija tajba għall-grilling din!

4 comments:

  1. Jien bhal Konrad. Fejn hu konrad? Bil-mohbi naghmlu lil nies aktar sinjuri.

    Nispera li mhux f'kollox bhal konrad min qal hekk.

    ReplyDelete
    Replies
    1. https://www.youtube.com/watch?v=VQBWQqkGeoA

      Delete
    2. Tghid dan il-pjacir li kienu ghamlu lill-PN tal-Lejber se jitpatta fil-kaz ta' Toni Abela u "li jaghmel nies sinjuri bil-mohbi" u tal-blokka silg ghalhekk ma jkunux mistoqsiiet li jkollu wiegeb?

      Delete
  2. What will happen if Toni will be grilled and not make it to EU auditors. In what position will be return to MLP

    ReplyDelete