Forsi ftit jiftakru li Toni Abela kien tkeċċa mill-Partit Laburista għax tkellem fuq il-korruzzjoni li kienet ħakmet lill-Partit u lill-Gvern Laburista fis-snin tmenin.
Għaddew ħafna snin minn dakinhar u ntant Toni Abela reġa' daħal fil-Labour u saħansitra sar Deputat Mexxej.
F'nofs leġislatura Toni Abela reġa' tneħħa mill-Partit Laburista. Ma tkeċċiex bil-mod goff kif kien ġara snin ilu.
Din id-darba ħelsu minnu billi tawh job tajjeb mili 'l bogħod minn din l-art ħelwa.
Kumbinazzjoni li dan kollu qed jiġri fi żmien li fih il-Gvern Laburista huwa mifni bi skandlu wara l-ieħor?
Ftit jiem biss qabel neħħew lil Toni, assistejna għar-riżenja ta' Segretarju Parlamentari li kellu l-uffiċju tiegħu f'Kastilja.
Ftit jiem wara li neħħew lil Toni, sirna nafu li s-Super Minister li se jidħol minfloku għandu kumpanija moħbija l-Panama - pajjiż blacklisted mill-Unjoni Ewropea minħabba l-fama ta' evazjoni fiskali u ħasil ta' flus maħmuġin - u trust finanzjarju fi New Zealand, fin-naħa 'l oħra tad-dinja.
Saħħa Ton. Tgħid għada, fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, se jkun hemm xi ħadd li jsib il-kuraġġ li jagħmel bħal m'għamilt int snin ilu u jixli lil dawn li qed jagħmlu dawn l-oxxenitajiet?
No comments:
Post a Comment