Fil-preżent Franco Debono huwa l-Kummissarju għal-Liġijiet, huwa l-Koordinatur tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali u huwa wkoll Konsulent tal-Gvern dwar il-Ġustizzja. Dawn il-ħatriet kollha ingħatawlu mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Għaldaqstant dak li jgħid u jikteb Dr Debono iġorr il-piż tal-karigi kollha li jokkupa.
Fih ukoll il-piż għax ġej minn persuna li dan il-Gvern tant għandu fiduċja fiha li għabbieha b'dawn ir-responsabbiltajiet kollha.
Jekk għal xi wħud Franco Debono huwa 'irrelevanti' għal dan il-Gvern żgur mhuwiex.
Il-kliem ta' Dr Debono jkun fih aktar piż meta jitratta l-qasam tal-ġustizzja, għax huwa f'dan il-qasam li l-Prim Ministru wera u għadu juri fiduċja sħiħa fih.
Allura huwa mill-aktar rilevanti l-kliem ta' Dr Debono lill-Ministru tal-Ġustizzja meta ftit tal-jiem ilu qallu li l-kelma 'mafia' fil-konfront tiegħu hija ħanina ħafna.
Huwa rilevanti mmens dak li Dr Debono kiteb illum fuq l-istess Ministru tal-Ġustizzja li saħansitra qabblu ma' 'ħmar'. Fi ftit kliem Dr Debono qed jgħid li Owen Bonnici għandu jġorr ir-responsabbilta' politika għax 'arroganti' u 'rasu iebsa' u għax bil-balbuljati li qed jagħmel 'qed idaħħal lill-Gvern fil-ħajt',
Tassew kaz li min xarrab il-bakkaljaw se jkollu jieklu. Tassew kaz li l-Moviment ta' Joseph Muscat qed jimpoldi.
iccekkja naqra fuq Doreen camilleri li tkecciet mill eupa ghax hemm xi tfittex pero ghamlu hafna sew li keccewha
ReplyDeleteahfrilhom ghax ma jghafux xhienuma jghamlu hsara lil partit taghhom stess qghed jghamlu ?
ReplyDeleteMela t-tbassira ta' Gonzi ma seħħitx...
ReplyDelete