Tuesday, March 1, 2016

Ħafna arja u bluff u għadhom m'għamlux libell wieħed

Innutaw li Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista li kixfet l-iskandlu tal-Panama (u tal-Ażerbajġan?), mhix qed tallega evażjoni ta' taxxa, imma qed tallega r-reati ferm aktar serji ta' korruzzjoni, tixħim u ħasil ta' flus.

Kieku xi ħadd jagħmel dawn l-allegazzjonijiet fuqi, nista' nassigugarakom li sa ħames minuti wara nkun għand avukat biex jibda kawża ta' libell.

Fil-passat kemm Konrad Mizzi, kif ukoll Keith Schembri fetħu kawżi ta' libell fuq allegazzjonijiet ferm inqas serji, imma did-darba għadhom m'għamlu xejn ħlief jheddu u jibbluffjaw.

X'qed jaħbu?



No comments:

Post a Comment