Thursday, March 24, 2016

Il-PN ma tilifx minħabba t-Times

Il-Partit Nazzjonalista ma tilifx l-elezzjoni li għaddiet għax it-Times kienet qed issawwat wisq lill-Gvern tal-ġurnata.

L-edituri u l-ġurnalisti tat-Times bħal dawk ta' kull ġurnal jew programm indipendenti ieħor kellhom id-dmir li jżżommu lill-Gvern Nazzjonalista kontabbli ta' għemilu u jikkritikawh, anki bl-aħrax, meta jiżgarra.

Jiżbalja min jipprova jsib ir-raġuni għat-telfa kbira li ġarrab il-PN f'xi storja ta' korruzzjoni li qed nisimgħu biha llum. Ir-raġunijiet kienu oħrajn u kienu bosta.

Il-verita' hi kien ilu li wasal iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista jmur fl-Oppożizzjoni.

Huwa minnu li l-kriżijiet internazzjonali bħall-kollass finanzjarju, il-prezz taż-żejt u r-rivoluzzjoni Libjana fixklu mhux ftit il-ħidma tal-Gvern.

Imma huwa veru wkoll li ttieħdu ħafna deċiżjonijiet żbaljati li daħħlu lill-Gvern u lill-Partit fi sqaq li lanqas intervent divin ma seta' joħroġhom minnu, aħseb u ara xi artiklu jew xi editorjal!

1 comment:

  1. Analiżi onesta u mhix partiġġjana (għal darba). L-ikbar raġuni hija li li l-PN kien ilu 25 sena fil-Gvern kważi mingħajr interruzzjoni u l-poplu jgħajja u jiddejjaq bl-istess uċuħ u l-istess mexxejja. Imma r-raġunijiet l-oħra li hemm elenkati fl-artiklu validi wkoll.

    ReplyDelete